Miriam Camilleri tibgħat messaġġ b’saħħtu ta’ kuraġġ lil Fr. Luke Seguna u tgħidlu li x-Xlukkajri warajh
Mhux ovvja li Marsaxlokk wara Fr Luke. Lil min sabu x-Xlukkajri fil-bżonn tagħhom? Fuq liema spalla bkew fil-weġgħat tagħhom? Min kien magħhom fid-dwejjaq u l-ferħ? Hu dejjem fehem u għader. Fr Luke kien il-ħabib ta’ kulħadd. Kulħadd ħabbu għax hu kien iħobb bla distinzjoni.
Ix-Xlukkajri qed jipprattikaw dak li tgħallmu. Il-parabboli qegħdin hemm bħala eżempju ta’ kif għandek tipprattika r-reliġjon. Imma għal min qegħdin il-parabboli? Żgur li mhux għall-isqof.
L-iben il-Ħalli berbaq kull ma kellu u meta mar lura għand missieru, għamillu festin. Fejn qed tipprattika li tgħallem il-Knisja? Lil Fr Luke kissritu, umiljatu u diġa’ tagħtu l-ħtija kollha għalkemm għadu ma nstabx ħati.
Iva aħna konna warajh u nibqgħu warajh. Aħna ma nħobbux fil-bnazzi biss. Il-bniedem urih ir-rispett meta d-dinja tkun kontrih u mhux meta jkun fuq pedestal.
Aħna suġġett għad-dnub pero’ dejjem nistennew il-maħfra. Mela l-ewwel ma irridu naħfru aħna.
Kuraġġ Fr Luke. Ix-Xlukkajri warajk iva.
👏👏👏
Bla dubju, smajt hafna favur Fr. Luke Seguna imma imbaghad smajt zewg kazijiet partikolari li sewduli qalbi u l-ewwel hsieb warajhom kien -” min jaf kienx hawn aktar kazijiet izolati bhal dawn”.
Allura nghid jien, il-qassis kien ihares lejn ucuh il-parrucjani, jiddistingwi u jagixxi b’mod differenti minn dawk li sa ‘ssa smajna bihom.
Smajt mara tghid lI meta marret titolbu l-ghajmuna minhabba li t-tifla taghha single mother, tghix maghha b’tifel u mhux ilahhqu mal-hajja, qalilha titfa lil bintha l’barra.
Ohra qalet li binha kien f’relazzjoni ma mara separata u meta kellem lill binha canfru b’tali mod u manjiera li spicca ma ridx jaf bil-knisja.
Ma nistghux nitkellmu f’isem kullhadd, u rridu noqghodu attenti b’dak li niktbu ghaliex drabi jkun hemm nies imwegga jew li ma jaqblux ma dak li ktibna fejn hafna drabi wkoll tali ndividwi jibqghu wkoll siekta.
Nghid jien, allura ghala din l-imgieba hekk harxa, meta nafu kif inhi l-hajja llum.
Possibbli li lill dawk li ghin u jfahhruh kollha, ghandhom subghajhom dritt. Kollha Huma minghajr nuqqasijiet quddiem Alla.
Jiena nghid li mis-sema l-isfel kulhadd huwa suggett ghall izbalji u nuqqajsiet daqs kemm min hu kapaci jghin bil-gid li jkollu. Ghadna nirrispettaw lill kulhadd indaqs u inhobbu lill gharna bhal ma nhobbu lillna nfusna.
zewg kazijiet li semmejt int ma ktibtx dettalji bizzejjed biex tiggustifika ghaliex sewwidt qalbek. Ma tridtx tghid li dak il guvni poggut ma mara mizzewga qed jghamel sew…..fil-kas mur ghida lil San Gwanni l-ghammiedi!
Eccelenza Monsijur Arcisqof,
Quddiem din l-ittra kull kumment iehor huwa zejjed.