Il-mutur lussuż ta’ Fr. Luke Seguna jiswa biss 700 euro

Illum kellna t-tkomplija tal-kompilazzjoni ta’ evidenza kontra Fr. Luke Seguna. Għal darba oħra, il-prosekuzzjoni ġabet ix-xhieda u għal darba oħra x-xhieda tal-prosekuzzjoni qed jgħidu li l-flushom tawhom lil Fr. Luke Seguna u mhux lill-Knisja.

Imma issa ħareġ, waqt din il-kompilazzjoni ta’ xhieda, kemm jiswa’ wieħed mill-muturi “lussużi” ta’ Fr. Luke Seguna. Dan xtrah għal 700 euro! Dan qalu minn biegħ il-mutur u mhux il-qassis.

Infakkar li jumejn qabel dan is-smiegħ, il-mikrofonu tal-arċisqof Scicluna, jiġifieri Fr. Joe Borg, ħareġ jikteb u jgħid li Fr. Luke Seguna kien qed jgħix ħajja ta’ lussuża. Nagħmlu mħattra li Fr. Joe Borg jgħix f’ħajja ta’ lussu aktar minn dan il-qassis! Imma l-aqwa li Joe borg iħammeġ lin-nies. Dak biss kapaċi jagħmel.

Infakkar li l-media kienet għamlet festa tgħidilna kemm għandu muturi lussużi Fr. Luke Seguna. Issa nafu biċ-ċert li wieħed mill-muturi ta’ Fr. Luke Seguna kull ma kien jiswa huwa 700 euro!

Dak li nafu wkoll li Fr. Luke Seguna ma tantx jifhem fil-karozzi għaliex persuna rnexxielu jbiegħlu karozza second hand u anki għamlet qliegħ minn fuqu! Normalment, wieħed jagħmel telf meta jbiegħ karozza u mhux profitt!

Imma l-aqwa li għandha ġurnalisti u qassis li moħħhom biss biex ikissru lin-nies.

Nirrepeti l-kliem ta’ Xlukkajri; il-mant tal-Madunna ikbar minnkom.

4 thoughts on “Il-mutur lussuż ta’ Fr. Luke Seguna jiswa biss 700 euro

  1. EHE billiil mutur jiswa biss 700 euro mela dawn ma jafux li ghandu biex jixtrih mil paga plus min teghla jixhed had ma xhed kontrih sahansitra wahda qalet li ratu iqasam likel lil min hu fil bzonn dan huwa frame up hswn min ghamel il miljuni min fuq dar il poplu Malti u lanqas rifes l ghatba tal qorti

  2. U din tissejjah karita` kristjana! Povru Fr Luke ikkundanawh qabel ma bdiet tinghata ix-xhieda fil-qorti! Tal-misthija! Catholic Malta

  3. Nistieden lil Fr.Joe Borg jagħmel pubbliċi l-accounts u l-projetajet kollha li għandu ħa naraw min tassew qed jgħix fil-lussu u min le.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *