Kevin Papagiorcopulo ma jiċħadx li l-ateu li nsulta lix-Xlukkajri huwa avukat li jagħti servizz lill-media tal-knisja: minflok irid jagħmilli libell

F’dan is-sit, jien ippubblikajt storja fejn għidt li s-segretarju tal-bord tal-Beacon Media Group Ltd, Michael Zammit Maempel insulta lix-Xlukkjari u għajjarhom li huma ddrogati għaliex qabżu għal Fr. Luke Seguna.

Michael Zammit Maempel huwa biċċa waħda ma’ ta’ Repubblika. Hu jobgħod lil Adrian Delia u lil-Laburisti. Dan serva bħala segretarju tal-bord tal-media tal-knisja, Beacon Media Group Ltd sal-2021. Huwa jiġi l-kuġin ta’ Gege Gatt li jiġi t-tifel ta’ Austin Gatt. Sal-2021, Gege Gatt kien ic-chairman tal-bord tal-Beacon Media Group Ltd.

Meta jien ippubblikajt din l-istorja, kitibli Kevin Papagiorcopulo, l-editur ta’ Newsbook biex jgħidli li jien żballjat għaliex mhux veru li Michael Zammit Maempel huwa s-segretarju tal-bord tal-Beacon Media Group Ltd, għaliex dan kien fuq il-bord sal-2021 imma issa ma għadux għaliex mill-2022, il-Beacon Media Group Ltd kellha bord ġdid. B’hekk talabni li meta jien nippubblika, nivverifika l-fatti u nikkoreġi dan l-iżball. Fuq kollox, qalli biex qabel nippubblika nivverifika l-fatti miegħu. U jien hekk bdejt għamel.

Peress li fl-ittra li bagħatli bħala dritt għar-risposta, Kevin Papagiorcopulo ma qal xejn jekk Michael Zammit Maempel baqax fix-xena tal-media tal-knisja, jiena għamiltlu mistoqsija oħra. B’hekk, jien ktibt lil Kevin Papagiorcopulo l-Ħadd filgħaxija u staqsejtu jekk Michael Zammit Maempel hux illum l-avukat ta’ Beacon Media Group Ltd. Kevin Papagiorcupolo kitibli lura l-għada filgħodu u qalli hekk:

Dear Prof. Mercieca,

Beacon Media does not have a company lawyer. 

Please correct your error as requested without further delay. 

Regards,

Kevin Papagiorcopulo
Editor, Newsbook & 103 Malta’s Heart

B’hekk jiena ktibtlu lura u staqsejtu jekk il-Beacon Media Group Ltd qedx juża s-servizzi legali ta’ Michael Zammit Maempel issa wara li spiċċa minn segretarju tal-Bord tal-Beacon Media Group Ltd. Din kienet r-risposta li Papagiorcopulo tani lura:

Prof. Mercieca,

Whether Beacon Media Group Ltd has engaged the services of any lawyer, including Dr Zammit Maempel, or indeed continues to do so, has absolutely no bearing on your misleading and defamatory heading. Please correct immediately or we may be constrained to resort to the services of one of these lawyers.

Regards,

Kevin

Fi kliem ieħor qalli li

Jekk Beacon Media Group Ltd tuża jew le s-servizzi ta’ kwalunkwe avukat, inkluż dak ta’ Zammit Maempel jew jekk hix ser tkompli tuża s-servizz tiegħu, ma għandha assolutament x’taqsam xejn mat-titlu żballjat jew addiritura defamatorju. B’hekk jekk joġgħbok ikkoreġih immedjatament għaliex nista’ ikun kostrett li nuża s-servizzi ta’ wieħed minn dawn l-avukati.

Min-naħa tiegħi, l-argument tal-artiklu kollu kien jekk Michael Zammit Maempel, li insulta lix-Xlukkajri u għajjarhom iddrogati, kienx persuna li qed tagħti servizz lill-media tal-kurja bħalissa. Nafu li kienet tagħti s-servizz fil-passat mhux daqshekk il-bogħod.

Issa jekk kienx għadu segretarju jew le tal-kumpanja tal-media tal-kurja huwa rrelevanti. Dak li hu relevanti huma l-fatt, li Papagiorcopulo ma ċaħadx li dan l-avukat ateu għadu qed jagħti servizzi tiegħu lill-Beacon Media Group Ltd, jiġifieri lill-media tal-knisja. B’hekk it-tweġiba tiegħu titkellem waħidha.

Min-naħa tiegħi li kieku Papagiorcopulo daħal fis-sit tiegħi kien jinduna li jien irranġajt it-titlu u għidt anki fl-artiklu li Michael Zammit Maempel huwa l-eks-segretarju tal-bord tal-Beacon Media Group Ltd. Biss jidher li fl-essenza tiegħu, dan l-artiklu tiegħi hu kollu korrett mill-bidu sal-aħħar u din ir-reazzjoni ta’ Papagiorcopulo tikkonferma dan.

Mela sewwa għidt li l-fidili Maltin mingħajr ma jafu, meta jagħtu flus lill-kappillani, biex dawn ikunu amministrati mill-kurja, dawn kienu qed ikunu ndirettament iħallsu s-servizzi ta’ persuni bħal Michael Zammit Maempel.

Biss ngħid lil Papagiorcopulo li t-theddid tal-libelli llum ma jwerwrunix. Infakkar li dawn ta’ Newsbook kienu skandalizzaw ruħhom għaliex infetħu l-libelli kontra Daphne. Ara issa għax jien qed nikxef l-għawwar ta’ Newsbook, Papagiorcopulo jrid jiftaħ libell kontra tiegħi. Kif jgħid il-Malti, ħadd ma jara ħotobtu għax jaqa’ u jmut zoptu.

One thought on “Kevin Papagiorcopulo ma jiċħadx li l-ateu li nsulta lix-Xlukkajri huwa avukat li jagħti servizz lill-media tal-knisja: minflok irid jagħmilli libell

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *