Ikompli l-attakk fuq Joe Giglio minn Jason Azzopardi u l-klikka tiegħu: il-Lejber Party kien jaf bl-akkużi

Joe Giglio jerġa’ jinsab taħt attakk. Din id-darba għaliex għażel li jkun l-avukat f’kawża ta’ nies, li tnejn minnhom huwa qrib ministru partikolari. Dawn qed ikunu mixlija b’abbuż fi transport Malta.

Mhux ser nidħol fil-każ tagħhom. Għandhom dritt għall-preżunzjoni tal-innoċenza quddiem il-qorti bħal ħaddieħor. Fuq kollox, għandhom id-dritt li jagħżlu l-avukat li jridu huma biex jidher għalihom quddiem il-qorti.

Wieħed minnhom għażel lill-avukat Joe Giglio biex jiddefendih. Jason Azzopardi ħa din l-okkazzjoni biex jattakka lil Joe Giglio u fuq kollox jitfa’ botta u attakk fuq Bernard Grech. Araw x’kiteb:

Miegħu ngħaqad David Thake li tefa’ attakk ieħor fuq Joe Giglio.

L-istess għamlet oħt Daphne, Mandy Mallia, li wara li Beppe Fenech Adami qal li f’dan il-każ jista’ jkun hemm ministru tal-Gvern,

hija kitbet hekk:

Għal darba oħra għandna l-istess mantra fejn allegazzjoni ssir fatt.

Taf x’misshom jinvestigaw dawn is-sinjuri, jekk il-Partit Laburista kienx jaf li l-pulizija kienet ser tressaq għaliex fosthom kien hemm canvassers ta’ ministru. Infakkar li wieħed minnhom kien kunsillier Laburista u minħabba dan il-każ mar indipendenti.

Hu ċar li l-Partit Laburista kien jaf ħafna qabel li l-pulizija kienet ser tressaq il-qorti lil dawn il-persuni.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *