Ser ikomplu l-laqgħat ta’ Edwin Vassallo: min irid jgħin f’din il-kawża ġusta jista’ jikkuntattja direttament lil Edwin Vassallo
Dan is-sit jinsab infurmat li ser inkomplu l-laqgħat ta’ djalogu organizzati minn Edwin Vassallo. f’lokalitajiet differenti ta’ Malta u Għawdex.
Edwin Vassallo ser jerġa’ jew aħjar ikompli b’dawn il-laqgħat bl-għajnuna tal-grupp amministrattiv li huma persuni li lesti jgħinu biex jagħmlu dawn il-laqgħat organizzati minnu aħjar.
Edwin Vassallo għamel appell lil dawk li jixtiequ jissieħbu f’din l-esperjenza biex ikellmuh direttament billi jibgħatulu SMS fuq 79470433 jew b’WhatsApp.
L-għan ta’ Edwin Vassallo huwa li kulħadd jaħdem flimkien biex kulħadd jagħti lura lill-pajjiż il-fiduċja u t-tama li qiegħed jitlef.