Ittra miftuħa lill-eks-segretarju tal-bord tal-media tal-knisja, Michael Zammit Maempel
Minn Salvinu Caruana
Nixtieq ngħid lil Dr. Michael Zammit Maempel min verament ħa d-droga u għadu ‘illuppjat’. Dawn huma sħabek tal-kurja, dawk l-ilpup li sal-2021 int kont tixrob magħhom l-għaraq u d-demm tat-tbatijiet tas-sajjieda biex iżommuk segretarju tal-bord tal-Beacon Media Group Ltd.
1. Mhux ta’ b’xejn dawk l-ilpup saħbek neħħew it-TITULAR tax-Xlukkajri biex għamlu wieħed li qam eluf ta’ euros, għaliex aktar ma jkun għali l-progett, aktar flus jidħlu l-Floriana waqt li joħolqu FIRDA fost ix-Xlukkajri. Ara aħna x-Xlukkajri għadna sal-lum ma nafux kemm qam dan it-titular ġdid. F’isem it-transparenza, il-Kurja li kienet tħaddmek, żammet kemm qam dan il-kwadru moħbi minna.
2. Imma kif jgħid il-Malti, min BEŻAQ F’WIĊĊ IR-RAGHAJ TAGĦNA FR. LUKE, REĠGĦET MARRET LURA F’WIĊĊU! Alla ried li min ipprova jagħmillu l-ħsara, inqela’ b’żejtu.
3. Ma għandix dubju li inti, bħala ateu żgur li ma kienx jintessakx tagħti glorja ‘l Alla u lill-Imqaddsa Ommu Marija meta kont isservi fuq il-media tal-Knisja, imma żgur kien jinteressak tibqa’ terda l-flus li aħna Xlukkajri ngħaddu lill-Kurja bla ma nafu biex imbagħad, għal darba oħra bla ma konna nafu, il-Kurja tgħaddi lill-Beacon Media Group Ltd.
4. Bħala ateu, l-arċisqof Scicluna żgur li ma kienx qegħdek segretarju tal-bord tal-kumpanija tal-Knisja biex tagħti Glorja lil Alla, għaliex għalik, min jagħti glorja ‘l Alla hu ddrogat. Imma żgur jimpurtak li l-flus tagħna kienu jgħaddu il-Furjana, biex sidek, li jħobb jilbes il-porpra ħamra u jħobb il-flus aktar minn Alla, seta’ jżommok bħala segretarju tal-bord tal-Beacon Media Group Ltd.
5. Ir-‘Ragħaj tax-Xlukkajri’, Fr. Luke Seguna, ħaqqu l-isbaħ u l-akbar MONUMENT f’nofs il-pjazza, għax żgur kien imdawwal mis-sema meta żamm il-flus tagħna fil-kont tiegħu u mhux fuq dak tal-kurja. Alla ried li permezz ta’ Fr. Luke JIKXEF u JIFTAĦ GĦAJNEJN IX-XLUKKAJRI, aħna lid-drogati, mill-mod kif il-kurja, li kienet tħaddmek, kienet timbotta proġetti ta’ firda, l-aqwa li tieħu l-flus minn fuqhom biex iżomm nies bħalek fuq il-bordijiet tal-kumpaniji tagħha. Mhux ta’ b’xejn li Fr. Luke Seguna deher ikrah f’għajnejk, għaliex dan il-qassis kien il-ħin kollu jaħdem bil-qalb biex dik il-firda li ġabu dawk l-iddrogati sħabek tal-kurja jneħħiha u jġib l-GĦAQDA fostna!
6. Ix-Xlukkajri m’humiex iddrogati kif qed taħseb u tgħid inti! Ix-Xlukkajri iwa huma illuppjati imma f’imħabbithom lejn dak li hu sewwa, ġust u rett, imma fuq kollox, L-IMHABBA KBIRA TAGĦHOM LEJN TA’ POMPEI tilluppjahom aktar.
7. Ara intom illuppjati bil-għatx għall-flusna. Issa wara li tgħaddilkom is-sakra tad-droga li blajtu u erdgħajtu fil-passat, REĠĠGĦU LURA FOSTNA dak il-WIRT DEVOZZJONALI li sraqtulna ‘it-TITULAR’ u poġġuh f’ POSTU!”
8. U agħmlulna pjaċir, għax nixtiequ ħafna, li MA TERSQUX AKTAR ‘L HAWN qabel ma jgħaddilkom il-loppju tal-vendetta u r-riegħba għall-flus li għandkom; speċjalment għal DAK ĦUKOM SAĊERDOT LI ĦABB LIL MARSAXLOKK – U MARSAXLOKK ĦABB LILU…
ISTHU… ISSA TLIEFTU IL-KRETTU MAGĦNA!
IL-MANT TAL-MADUNNA IKBAR MINNKOM!!
Salvinu Caruana

These people are really hurt.
Fl-opinjoni fqira tieghi, l-gharr haga li saret kien li t-Titular tnehha minn postu.
Hawn hafna nies kapaci f’dan il-qasam u f’kull rahal u belt naraw restawr ta’Titulari fejn dejjem kien kulhadd kuntent bir-rizultati.
Kien hemm hafna skuzi biex sarx ir-restawr tat-Titular.
Pittura replika ta’ dak, li l-kopja Testaferrata kienu raw u talbu quddiemu flimkien ma migghema gewwa Pompej wara li salvaw mill-gharqa.
Donazzjono mill-Markiz Peppino Testaferrata lin-nies Xlukkajri li kienu jirrikorru jitolbu quddiemu, hafna drabi mnikkta minhabba li f’maltempati zwieghom kienu jinqabdu fuq il-bahar.
Ma kienetx skuza li l-kwadru kien mizghud biex jimla l-gwarnig mill-gebla wara l-artal, jew li kien imdallam ghax rimedji hawn.
Harsu lejn dak li hemm f’Pompej, ghax dak il-kwadru kien intrema u meta ngabar minn Beato Longo (dak iz-zmien) sab postu fejn baqa sal-gurnata tallum jara emigranti izuruh u jitolbu quddiemu.
Hija tassew hasra li l-knisja f’Marsaxlokk saret Santwarju Marjan u tnezzet mir-replika ta’ dak li naraw f’Pompei.
Hadd daqsna Xlukajri ma jaf xi jfiser ghalina titular li kellna jiena mara ta sajjied u omm ta sajjied kemm gili tlabt bil hnina biex tregahom lura dar qawwijin u shah waqt xi maltempata
U talb li nitolbha tismana ghax dejjem waslu qawwijin u shah
U barra min hekk jien u l familja tieghi qalatina grazzja kbira ghandi tifel kellu accident kbir fuq ix xoghol u tobba u profesuri qatu qalbom li jejx
ghamel 18 IL gurnata from ITU imma IL Madonna ta Pompei semet it talb taghna u ghal grazzja t alla rega gie lura dar fejnu titular li tant tlabna quddiemu ma nista nara u nitolbu quddiem linkwadru li pogewlna rittrat ta tfajla Ghawcija gibulna dak it titular lura qedin nitolbukom bil hnina