Claudette Buttigieg għamel pjaċir lilek innifsek u ieqaf kun ipokrita.

Minn osservatur politiku

Waħda mill-iżjed politiċi ipokriti ta’ żminijietna reġgħet fetħet ħalqha biex turi d-double standards li għandha. Claudette Buttigieg jaħasra issa qed tgħid li kienet tirċievi t-theddid għax skont hi tkellmet fuq id-deal moqżież tal-Vitals.

Claudette Buttigieg kitbet li tiftakar li ftit tas-snin ilu hi wkoll irċeviet theddid minħabba opinjoni li kitbet dwar id-deal frawdolenti ta’ Vitals. Fil-fatt kitbet hekk:

Jien niftakar some snin ilu meta irċevejt theddid simili dwar l-opinijoni li kont ktibt dwar id-deal fradulenti tal-vitals. Għadni qed nistenna…

Imma li ma tgħidx Buttigieg hu, li meta Adrian Delia talab lid-deputati tiegħu biex jidħlu miegħu fil-kawża li fetaħ personali kontra Steward, hi ma kinitx lesta tingħaqad miegħu fil-kawża.

Dak iż-żmien Claudette Buttigieg qalet li ma tridx tissogra li taqla’ SLAPP (kawża kbira kontra tagħha) u b’hekk abbandunat lil Adrian Delia biex jiftaħ il-kawża waħdu. Mhux hekk kienet għamlet fil-leġiżlatura ta’ qabel meta Simon Busuttil bħala kap talab lid-deputati kollha jingħaqdu f’kawża kontra l-GWU. Dak iż-żmien sabithu l-kuraġġ. IPOKRITA! Warrab!

2 thoughts on “Claudette Buttigieg għamel pjaċir lilek innifsek u ieqaf kun ipokrita.

  1. allura din l-ipokrita kif sejjahtila int Dr Simon ghaliex ma irregistrax rapport lill Pulizija dwar it-theddiet biex ikollhs dritt legali tfittex lill.min kien qed jghedditha meta fi kliemha turi kemm hi harufa meta tkun volpi

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *