L-eks-segretarju tal-bord tal-media tal-Knisja jgħajjar lix-Xlukkajri qed jieħdu d-droga għaliex qegħdin wara Dun Luke Seguna

Il-media tal-knisja, jew aħjar Newsbook huwa mmexxi minn kumpanija oħra tal-Knisja li hija magħrufa bħala Beacon Media Group Ltd. Iċ-Chairman ta’ din il-kumpanija sal-2021 kien Gege Gatt li jiġi t-tifel tal-eks-Ministru Nazzjonalista Austin Gatt. Din il-kumpanija li tmexxi l-media tal-knisja għandha l-bord tagħha. Sal-2021, is-segretarju tal-bord kien Michael Zammit Maempel, li jiġi t-tifel tal-avukat John Zammit Maempel. Fuq kollox, Michael Zammit Maempel jiġi l-kuġin ta’ Gege Gatt. Ara hawn in-nepotiżmu ma jimpurtax! Kif wieħed jistenna, fuq dan il-bord ta’ din il-kumpanija kien hemm ukoll Fr. Joseph Borg, magħruf ma’ ħafna bħala Bejrut. Michael Zammit Maempel huwa biċċa waħda ma’ Bejrut.

Imma l-kbir jinsab hawn. Dan l-avukat Michael Zammit Maempel jiftaħar li hu ateu. Mela kellna ateu nkarigat mill-arċisqof Scicluna biex imexxi l-kultura u l-messaġġ Kristjan permezz tal-media tal-knisja. Għall-inqas dan hu dak li jgħidu li jridu jagħmlu dawn li jmexxu l-Beacon Media Group Ltd. Fuq kollox, wieħed jista’ jaqra l-mission statement ta’ Beacon Media Group Ltd hawn taħt.

Kif kelli ċans nikteb f’artiklu ieħor f’dan is-sit, dan Michael Zammit Maempel għandu twitter account li jiffirma taħt Zemploid. Għall-inqas ma jibżax juri ismu. Imma dan ħlief jikteb kontra Adrian Delia ma jagħmilx. Hu biċċa waħda ma’ ta’ Repubblika u issa anki kontra Fr. Luke Seguna jew aħjar il-parruċċani ta’ Marsaxlokk. Għaliex dawn ħarġu favur Fr. Luke, għajjarhom li qed jieħdu d-drogi!!!

Bħal ma ġara fil-każ ta’ Adrian Delia, tgħidx kemm spikkat il-karita’ Kristjana fil-messaġġ jew tweet ta’ Michael Zammit Maempel taħt il-firma ta’ Zemploid lejn in-nies ta’ Marsaxlokk.

Wieħed jifhem għalfejn Zemploid hu tant maħruq lejn ix-Xlukkarji għaliex kif kiteb Xlukkajr, ix-Xlukkajri ma għadhomx ċwieċ u mhux ser jafdaw flus fil-kontijiet tal-kurja biex imbagħad jiffinanzjaw lil Beacon Media Group Ltd, li tagħha Michael Zammit Maempel huwa s-segretarju.

Kemm ħsibt li baqa’ nies biċ-(Ċ bit-tikka).

Sewwa għamlu l-parti l-kbira tas-sajjieda ma baqgħux jagħtu t-TERZ lill-Knisja, għax ŻGUR, kienu illumminati x’ĠEJ!!!… LI FLUSHOM GĦAD JINTUŻAW, għal għan wieħed BISS… biex l-għaraq ta’ tbatijiethom fuq il-beħer jixurbowh(???).

Dik hi s-saħta li ġab fix-XATT, min qabel ma libsuh iż-ŻARBUN MEĦMEWĦ u JINTENN, (bla ma kien jixraqlu!)… meta l-imġewħin ġieluh ineħħi t-TITULAR, uniku WIRT DEVOZZJONALI tax-XLUKKAJRI… u ġew japprovaw u jbierku s-SAGRILEĠĠ li wettqu għar-regħba ta’ alla flews$$$$$$.”

Issa nistieden lix-Xlukkajri li jieħdu l-pariri ta’ Zemploid u jibdew jagħtu l-flus lill-kurja ħalli mill-flus li tiġbor toqgħod tħallas lil min jgħajjarhom li qegħdin jieħdu d-drogi!

PS. Wara li ppubblikajt dan l-artiklu, irċevejt dritt ta’ risposta mingħand Kevin Papagiorcopulo fejn qalli li dan kien il-bord tal-Beacon Media Ltd li fih kien hemm Michael Zammit Maempel jmur lura għall-2021. B’hekk għamilt ftit update fl-artiklu minħabba li din il-kumpanija issa għandha bord ġdid. Imma l-ħsara li għamlu dawn in-nies ma tistax titħassar. Infakkar lil Kevin Papagiorcopulo li l-akkużi kontra Fr. Luke Seguna qed imorru lura b’għaxar snin, li fihom jinkludu l-perjodu li Michael Zammit Maempel kien segretarju ta’ dan il-bord tal-media tal-knisja.

2 thoughts on “L-eks-segretarju tal-bord tal-media tal-Knisja jgħajjar lix-Xlukkajri qed jieħdu d-droga għaliex qegħdin wara Dun Luke Seguna

  1. in-Nazzjonalisti qedin juru liz-zghazagh li mghandjomx idea tat tifsira PN u issa bdiet taqa il maskra ta xi tfisser Nazzonalist jigifieri falzita tal verita u ” doppia faccia ” illum mon jaqra sew gazetta sew computer jew mobile jew laptop jew tablet dawn kollha jidderiguk min li linja mghawga ghal dik xi ftit dritta kif qed naqraw dwar or-Reverendu Kapillan Luke Seguna li hafna ilsna hziena qedin kghamlu hsara lill Gesu pero hemm id Alla li ma ddumx ma turijhom sahhitha jekk Dun Luke ghandu ragun kif Alla dejjem werha f-kazi ta verita min kazi imxajtna kif qed insegwu

  2. Dritt ghat-Twegiba

    Ghaziz Prof. Mercieca,

    B’referenza ghall-kitba tieghek bit-titlu “Is-segretarju tal-bord tal-media tal-Knisja jgħajjar lix-Xlukkajri qed jieħdu d-droga għaliex qegħdin wara Dun Luke Seguna”, gentilment ninfurmak li qed tikkwota informazzjoni tal-2021 kif jidher fil-faccata tad-Direttorju Ekklezjastiku li parti minnu gibt fl-artiklu, meta rreferjt ghall-membri tal-bord tad-diretturi u s-segretarju tal-bord. Il-lista bl-ismijiet tal-bord prezenti, li giet ippublikata wkoll fuq Newsbook fis-26 ta’ Ottubru 2021, issibha hawnhekk:

    https://church.mt/media-and-resources/church-media/media-centre/

    Nitolbok tikkoregi l-informazzjoni zbaljata li ppublikajt, filwaqt li nistiednek tibghat mistoqsijiet lill-Ufficcju Komunikazzjoni tal-Kurja (https://church.mt/media-and-resources/communications-office/) meta tkun tixtieq tivverifika l-fatti relatati mal-Knisja.

    Tislijiet,

    Kevin Papagiorcopulo
    Editur, Newsbook u 103 Malta’s Heart

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *