Il-festival tal-Kanzunetta Independenza mhux ser issir din is-sena: jintalab l-intervent ta’ Julie Zahra
Ilbieraħ, dan is-sit żvela li Dione Borg tqabbad biex jieħu ħsieb il-festi tal-independenza. Dan is-sit żvela ukoll li hemm problema marbuta ma’ dawn il-festi minħabba biża ta’ nuqqas ta’ attendenza. Issa l-Gwida żvelat li aktar iwa milli le, l-festival tal-kanzunetta Independenza mhux ser isir.
Dan il-festival kien issa daħal fil-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna. Żgur li dan ma kienx ser ibati minn nuqqas ta’ attendenza għaliex dan hu xi ħaġa kulturali u jkun hemm ħafna li qed jistennuh. Din l-okkażżjoni kienet isservi għall-kantanti żgħar biex isiru aktar magħrufa mal-pubbliku. L-istess jista’ jingħad għall-awturi u kompożituri. Dawn ukoll kienu jkunu qed jistennew dan il-festival bil-ħerqa. B’hekk dawk ġodda fil-qasam tal-mużika kienu jitħalltu ma’ oħrajn stabbiliti biex jieħdu sehem f’festival ta’ portata Nazzjonali. Il-Gwida tfakkar li numru ta’ kantanti ħarġu jew saru magħrufa grazzi għal dan il-festival.
Mela hawn żgur ma kienx hemm problemi jew biża li ħadd ma kien ser imur għal dan il-festival. Allura għala dan mhux ser isir? Dawn it-tip ta’ spettakli għandhom in-niċċa tagħhom.
Din l-aħbar fil-Gwida urtat lil ħafna fil-kamp mużikali Malti għaliex dan kien festival li qed jistennuh bil-ħerqa. Imma fuq livell politiku, il-fatt li dan il-festival mhux ser isir, qed jintbagħat messaġġ li mhux veru l-PN jemmen fil-kultura u fil-mużika.
Xi ħadd kitibli u talabni nistaqsi lil Julie Zahra, bħala l-persuna li qed titkellem fuq il-mużika biex tagħmel il-pożizzjoni tagħha ċara dwar din l-istorja u fuq kollox tuża r-rowl tagħha fil-Partit Nazzjonalista biex dan il-festival isir. Il-kantanti jemmnu li għad hemm iċ-ċans li dan il-festival isir.
Jekk ma tagħmilx hekk, żgur li ma tistax tikkitika lill-ħaddieħor meta attivita’ kultural daqshekk importanti tal-Partit Nazzjonalista ser tispiċċa fi żmien meta Bernard Grech hu kap tal-Partit Nazzjonalista.
Julie bis?
hu Claudette fejn qeda?
issa hadna dak li ridna ma ghandniex ghalfejn .ninkwetaw.
issa ngawdu l hin mal familja
IAM alright and all the rest
Claudette sellili ghall karriera politika. Il hsara li ghamilt lil Adrian Delia ghada tigri warajk. Tiftakkar Claudette meta hsibt li se titla eletta minn Ghawdex?