Dione Borg kien il-persuna li waqqaf lil Dr. Josianne Cardona Gatt milli tikkontesta għall-Viċi Kap

Malta Today tal-lum il-Ħadd 28 t’ Awwissu, ippubblikat storja dwar Dr Josianne Cardona Gatt. F’din l-istorja ntqal li Dr. Cardona Gatt uriet interess għall-kariga ta’ Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista. Dejjem skont il-Malta Today, Dr. Cardona Gatt ġiet imwaqqaf minn uffiċjal tal-Partit Nazzjonalista milli toħroġ għal din l-elezzjoni, imma l-Malta Today ma tagħtilniex ismu. Dawk li huma midħla tal-Partit Nazzjonalista u qraw dan l-artiklu qasir fl-ewwel paġna ta’ dan il-ġurnal staqsew min kien dan l-uffiċjal li waqqaf lil din l-avukata mara serja li kellha kull dritt titfa n-nomina?

Dan is-sit staqsa lis-sorsi li għandu d-Dar Ċentrali u r-riżulta li dan kien Dione Borg.  Nistaqsu jekk dan sarx il-kelliem għal Bernard Grech?  Nistaqsu jekk dan sarx uffiċċjal tal-partit?  Min tah id-dritt li jwaqqaf din in-nomina?  Fuq liema raġuni waqqafha?  Fl-aħħar mill-aħħar, din avukat daqs Alex Perici Calascione kapaċi.

Jidher li din ġiet id-Dar Ċentrali u Dione Borg, peress li dejjem iħuf u jgħaqad fil-kurituri tad-Dar Ċentrali, kellimha fil-kuritur tat-tielet sular.  

U nibqgħu nistaqsu xi kredenzjali jrid ikollok biex titfa nomina bħal din?  X’bażi kellu Dione Borg biex waqqafha?  Min se jieħu r-responsabilta’ ta’ dan l-aġir irresponsabbli ta’ Dione Borg?  Ma ninsewx li dan Dione Borg, darba ħareġ ktieb li jismu “Liberta Mhedda” u anki tisimgħu fil-programmi (liema programmi li tistħajlu xi oraklu, l-għaliex ma jagħti spazju lil ħadd u tisma lilu biss) fejn jipproġetta ruħu bħala l-paladin tal-liberta tal-espressjoni.

Kif ġietu f’moħħu jagħmel dan, meta sa dak il-ħin u f’dak l-istadju, ħadd ma kien wera interess f’din il-kariga, inkluż Perici Calascione nnifsu. Tant li dan tal-aħħar, tefa’ n-nomina fl-aħħar siegħat qabel għalqet in-nomina.  Filfatt meta bdiet tiġri l-kelma li Perici Calascione kien ser jitfa’ n-nomina u li kienet sorpriża għal dawk qrib Bernard Grech, saret telefonata mis-Segretarju Ġenerali lil Perici Calascione fejn staqsih jekk din ix-xniegħa hiex veru u jekk kienx ikkonsulta ma’ Grech, peress li bħala Viċi Kap kellu jaħdem spalla ma’ spalla miegħu.  Ma rridux ninsew li l-ħsara li saret lil Perici Calascione waqt il-kampanja tal-elezzjoni ġenerali 2022, minn nies ta’ Bernard Grech hija waħda li għad irridu niktbu dwarha. 

Josianne Cardona Gatt baxxiet rasha meta din ma kelliex għalfejn, għaliex kienet kandidat ukoll fuq it-tmien distrett bħal Perici Calascione, apparti li hi avukata serja u taf sew lill-Partit Nazzjonalista, ferm aktar minn Bernard Grech li llum – by default – qed iġorr l-għola kariga f’dan il-partit.

Illum ġa nafu li Alex Perici Calascione ġa qal maċ-ċirku tiegħu li jekk ma jħalluhx jaħdem jaf fejn hu l-bieb ta’ barra u fid-Dar Ċentrali tant hemm stejjer għaddejjin li ma jixtiequx li jinfetaħ kapitlu ieħor. 

Dione Borg huwa sempliċiment ħaddiem u jrid jieqaf jattakka u jaqbeż kull limitu għax qed iżid mal-ħsara li ġa hemm.  Kulħadd jaf li fi ċieki ta’ ħbieb tiegħu waqt li jkunu qed jixorbu xi flixkun birra jew tnejn jew tlieta… mhux l-ewwel darba li paċpaċ żejjed fuq affarijiet interni tal-partit u li jkun sema’ u fuq min ma jaqbilx miegħu. Tajjeb li wieħed iżomm f’moħħu li dan Dione lanqas minn dawk qrib Bernard Grech m’hu afdat.  Ma ninsewx li jekk qabel kien spalla ma’ spalla ma’ dawk ta’ Adrian Delia, illum spiċċa jgħid dwar dan ukoll.  Meta jkun ma’ sħabu jgħid ukoll li l-kariga ta’ Viċi Kap messa mtliet minn xi Deputat  Parlamentari, l-għaliex skond hu, meta l-kap ikun assenti jew imsiefer, fil-parlament m’hu se jkun hemm ħadd jirripplessjah. 

Irridu nfakkru li Dione Borg kien kandidat għall-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewopej fl-2019 fost 10 kandidati, fejn minkejja li wiċċu sar sinonimu mal-Partit Nazzjonalista ġie fid-9 post (ta’ qabel l-aħħar).       

3 thoughts on “Dione Borg kien il-persuna li waqqaf lil Dr. Josianne Cardona Gatt milli tikkontesta għall-Viċi Kap

  1. This article says that “Josianne Cardona Gatt baxxiet rasha meta din ma kelliex għalfejn.” This is clear evidence that she lacks leadership qualities. Whoever bows her head to Dione Borg or any other party operative isn’t worth her salt.

  2. Tidher li ma tafhix lill Josianne ma tantx tbaxxi rasha malajr ghaliex bniedma ta karrattru sod hafna,nassigurak li ma tafhix daqsi
    nittama li qrajt l’istqarrija taghha.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *