Waqt li Bernard Grech idur bil-caravan, il-Prim Ministru jieħu l-opportunita’ biex jitkellem fuq issues li jolqtu lin-nies

Minn qarrej ta’ dan il-blogg

Qrajt b’interess il-post li tellajt ilbieraħ fuq is-sit tiegħek dwar is-Sindklu Nazzjonalista ta’ San Ġiljan fejn fih int irrappurtajt li l-Prim Minister Robert Abela kien ġie mistieden mill-istess sindku biex iżur din il-lokalita’. Il-Prim Ministru aċċetta din l-istendina u mar.

Jidher li l-Prim Ministru mhux qiegħed vaganza iżda qiegħed idur u jitkellem fuq issues li jolqtu n-nies. Ovvjament din hija in-naħa tal-politika li jsir biex il-politiku jidher qrib tan-nies. Minkejja kollox, dan hu eżerċizju li ser ikollu diversi riżultati.

L-aktar pass intelligenti li għamel il-Prim Ministru huwa li mar għal din il-laqgħa u aċċetta l-istedina tas-sindku Nazzjonalista u mar żar din il-lokalita’ biex jitkellem miegħu fuq il-problemi tal-lokalita’. Il-Prim Ministru jaf sewwa kif jilgħab il-logħba tiegħu, meta kulħadd jaf li Bernard Grech qed idur bil-caravan barra minn xtutna. Issa l-kap tal-Oppiżizzjoni waqa’ mhux biss offside iżda out of the game.

Meta ftit ilu kellna lil min kiteb f’ġurnal bl-Ingliż li Robert Abela għandu problema lil min jafda minfloku bħala agent Prim Ministru, fl-istess waqt, Abela ħa din id-deċiżjoni li ma jappuntax aġent prim ministru minħabba li jinsab dahru mal-ħajt.

Il-Prim Ministru sab dahru mal-ħajt għaliex il-problemi ta’ bħalissa mhux taċ-ċajt f’kull qasam. Ix-xitwa li ġejja jista’ jkollna problemi kbar ta’ nuqqas ta’ cash flow fil-familji, fin-negozji u fil-pajjiż. Fil-pajjiż hawn telqa’. Ma ninsewx il-kriżijiet li għandu dan il-pajjiż bl-għoli tal-ħajja u l-kriżi tad-dejn nazzjonali. Min-naħa tagħhom dawk ta’ madwar Abela, jafu li it’s all about money.

Dan kollu ħażin għall-pajjiż. Il-fatt li quddiem dan kollu, kulħadd rieqed u l-PN lanqas biss ma hu qed jagħmel ħoss, il-problema għall-PN hija akbar.

Abela qed jagħmel PR tajjeb, xi ħaġa li Bernard Grech żgur ma hux jagħmel. Anżi l-imġieba tiegħu hija waħda disastruża. Fuq kollox, il-lokalita’ ta’ San Ġiljan mhix l-unika waħda li mar iżur il-Prim Ministru. Żar lokalitajiet oħra. B’hekk qed juri li mhux qiegħed vaganza u jinsab fit-tmun ta’ dan il-pajjiż.

Minkejja kollox, Robert Abela jrid juri li hu jinsab f’tmun.

One thought on “Waqt li Bernard Grech idur bil-caravan, il-Prim Ministru jieħu l-opportunita’ biex jitkellem fuq issues li jolqtu lin-nies

  1. Pajjiz suppost kattoliku u hlief mibgheda u hdura ma tismghax u
    mnn kull naha. Nighd grazzi verament minn qalbi lis
    SINJUR ALLA li fetahli mohhi wara aktar minn 70 sena inhambaq fuq il politika.
    biex l-ingustizzja sehhet fuqi wkoll mil partit li hajti kollha APPOGGJAJT,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *