Dione Borg inkarigat biex jieħu ħsieb il-festi tal-Indipendenza

Dione Borg bħalissa hu mehdi bl-organizzazzjoni tal-festi tal-Indipendenza. Dan is-sit jinsab infurmat li l-partit ħatru biex ikun fost dawk li jorganizzaw il-programm tal-attivitajiet li jiċċelebraw il-kisba ta’ l-Independenza. Minn hawn nawgurawlu u j’alla jkollu suċċess anki jekk it-triq hija għat-telgħa.

Imma Dione Borg mhux dan l-inkarigu ried imma rwol ta’ ċertu importanza fit-tielet sular, jagħti l-pariri strateġiċi lil Bernard Grech. Il-problema ta’ Dione Borg tinsab fil-fatt li huwa mitqies min-nies ta’ Bernard Grech bħala persuna li kienet qrib ħafna tal-eks-kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia. Wara beda jitħabbeb ma’ Bernard Grech bl-iskop li jagħtih xi funzjoni ta’ fiduċja, bħalma ta lil Simon Vella Gregory.

Iżda hu sigriet magħruf tat-tielet sular kollu li ma hux fdat xejn. Dan il-fatt, Dione Borg jafu sew anki jekk hu tifel tal-partit.

One thought on “Dione Borg inkarigat biex jieħu ħsieb il-festi tal-Indipendenza

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *