Is-Sindku Nazzjonalista ta’ San Ġiljan jiltaqa’ mal-Prim Ministru biex ikellmu dwar il-problemi tal-lokalita’

Is-Sindku Nazzjonalista ta’ San Ġiljan, Albert Buttigieg, tella’ post fuq Facebook biex jinforma lil residenti li lbieraħ il-Prim Ministru żar il-Kunsill ta’ San Ġiljan biex jitkellem mas-sindku, il-viċi-sindku u l-minority leader dwar problemi li hemm f’din il-lokalita’.

Kien is-sindku nnifsu li stieden lill-Prim Ministru għal din il-laqgħa.

Hu fatt magħruf li San Ġiljan mimli problemi. Minflok il-kap tal-Oppożizzjoni, kif inhu d-dmir tiegħu, qiegħed idur il-lokalitajiet ħa jara xi problemi hemm, qiegħed barra minn Malta ġewwa caravan f’mawra ta’ kważi xahar!

Dan hu l-post ta’ Albert Buttigieg:

Bonġu lil kulħadd. Ilbieraħ il-Prim Ministru, Robert Abela laqa’ t-talba tiegħi u ntqajna flimkien fl-uffiċċini tal-Kunsill San Ġiljan.

Matul din il-laqgħa kordjali tkellimna fuq diversi sfidi u diffikultajiet li hawn, fosthom l-bżonn ta’ aktar sigurta’, l-ħruġ tal-iskart mill-entitajiet kummerċjali u short lets, l-istorbju, l-escooters, in-nuqqas ta’ infurzar tal-liġijiet, il-fondi tal-Kunsill u t-talba tagħna biex il-Palazz Spinola jimbidel f’ċentru ċiviku.

Għal din il-laqgħa kien hemm ukoll il-Viċi Sindku, l-Minority leader u Deputat Segretarja.

One thought on “Is-Sindku Nazzjonalista ta’ San Ġiljan jiltaqa’ mal-Prim Ministru biex ikellmu dwar il-problemi tal-lokalita’

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *