Hu ċar li Diana Cacciotolo u Jacob Borg ta’ The Times iddeċidew li Fr. Luke ħati
Minn osservatur politiku
Ilbieraħ fil-qorti dehret Diana Cacciotolo, Irlandiża miżżewġa Malti u li spiċċat f’pożizzjoni għolja f’The Times biex issegwi u tirraporta dwar l-proċeduri kontra Fr. Luke Seguna mill-qorti. Kien hemm magħha l-ġurnalista Edwina Brincat, li normalment tkun hija u mhux Cacciotolo li tagħtina r-rapporti mill-qorti għal The Times.
Imma jidher li din l-mara Irlandiża inħarqet, jew kif ngħidu bil-Malti inqliet b’żejtha, għaliex ħasbet li x-Xlukkajri ser jagħtuha festa biex tivvomita l-anti-klerikaliżmu li għandha fl-istonku. Minflok ix-Xlukkajri tawha festa ta’ mħabba li għandhom lejn Fr. Luke Seguna.
B’hekk The Times infexxet f’titlu ta’ artiklu li jippruvaw joskuraw lil Fr. Luke Seguna u jpenġi lix-Xlukkajri f’dawl ħażin. Il-ġurnalist Jacob Borg ħareġ jagħtiha daqqa t’id bi tweet minn tiegħu kollu ħdura lejn ix-Xlukkajri.
Sew għamel dan is-sit li wera din l-ħdura li The Times għandha lejn il-kleru u l-parroċċani ta’ Marsaxlokk. Niskanta u nitnixxef kif l-arċisqof Scicluna huwa biċċa waħda ma’ din il-marmalja.
Min jaħdem fil-media jaf li ħafna jaqraw aħbar b’ċertu ħeffa. Ħafna jaraw it-titlu tal-istorja u t-titlu ta’ taħt it-titlu u ma jkomplux jaqrawh jew forsi, jagħtu ħarsa ħafifa lejn il-kontenut u jagħmlu l-konklużjonijiet tagħhom.
Tat-Times of Malta dan jafuh kif tafu sew Cacciotolo. Araw dan it-titlu dwar Fr Luke u x-Xlukkajri jitkellem waħdu. Ilbieraħ dan kien suġġett ta’ blogg. Dan hu t-titlu li kitbet Cacciotolo.
“Il-qassis li ‘il-ħajja tiegħu spiċċat‘ minħabba l-każ tal-ħasil ta’ flus ingħata l-ħelsien mill-arrest.”
Imbagħad bħala subtitle jew byline.
“Il-parruċċani ta’ Marsaxlokk ifaħħru l-qassis li serqilhom id-donazzjonijiet tagħhom“.
Min-naħa tiegħu, Jacob Borg għamel dan it-tweet:
“‘hu qaddis’ – ir-raħħala wara l-qassis ssuspettat li fottihom. Bħal ma jagħmlu meta l-politiċi jaħxuhom“.
Verament għandhom oddju f’qalbhom dawn in-nies. Ara kif persuna minn Marsaxlokk tista’ tixhed kontra dan il-qassis meta hija stess qalet fix-xhieda tagħha li l-flus li tat biex isir ix-xogħol fil-knisja minn dan il-kappillan, dan għamlu. Fejn hu l-abbuż jew il-money laundering f’dan il-każ?
Verament, dawn huwa ġurnalisti li bil-provi jridu jiffrejmjaw lil Fr. Luke. Il-ħdura li għandhom lejn Fr, Luke, għax qassis, ma titwemminx.
Fi ftit kliem b’dan it-titlu u tweet iridu jenfasizzaw il-messaġġ tagħhom li skont huma,
- Fr Luke frodist
- Li x-Xlukkajri mbeċilli għax fdawh
Infakkar li fil-qorti għadu ma ħareġ xejn li Fr. Luke għamel frodi jew money laundering.
Fr Luke jaf jinstab ħati jew le. Għad irridu naraw.
Imma tat-Times donnhom diġa’ ddeċidew li ħati kif iddeċieda sieħibhom l-arċisqof Scicluna u ngħaqdu mal-prosekuzzjoni biex jippruvaw jinfluwenzaw il-qorti bħal ma ġa ġiet influwenzata meta dan il-povru raġel inżamm dak iż-żmien kollu l-ħabs għalfejn. Ara l-kapurjun ta’ The Times, li kien akkużat b’money laundering, ma għamilx jum il-ħabs!
Imbagħad dawn iridu jgħallmu lill-Maltin dwar ir-rule of law u l-Prim Ministru Abela jrid jagħtihom aktar protezzjoni u flus.
Imbeċilli hu min għadu jemmen lil The Times.
Lil Dawn il – Gurnalisti nixtieq nghejdlihom li min jghamel hsara lil Proxmu tieghu Alla difficli li jahfrilhom .
#Klikka wahda .. tal istess Klikka …u jsir kollox bil-barka tal- Archbishop Charles Scicluna, the Shepherd of the Flock! … Times LIVE Times of Malta permezz tal-media IKKAPARATA tal- Archdiocese of Malta Newsbook.com.mt 103 Malta’s Heart (#Qrusa ta’ #Malta with no ❣️😡)
Ta’in ifakkar , ANKI lill AVUKAT , WANNABE KARDINAL 😡CHARLES JUDE SCICLUNA 💰💲🤑 li fuq ALLA MA HEMM HADD U HADD WARA HADD TASAL TA’ KULLHADD !