Bernard Grech qed iħares lejn il-gwadann personali tiegħu u mhux l-interess tal-PN
Minn persuna qrib id-Dar Ċentrali
Qatt daqs illum ma l-PN kien f’sitwazzjoni daqshekk diżastruza. Nies jitilqu kuljum minn ħdanu, u l-Gvern jirbaħhom lejh. Ħela kbira ta’ talent. Nies kapaċi li ma felħux aktar għall-ħdura ta’ dawk li għamlu l-PN propjeta’ tagħhom u jkissru u jħammgu u jkeċċu lil min mhux lest jintelqilhom u jilgħaqhom. Kif qed juri dan is-sit, mhux biss dawk assoċjati ma’ Adrian Delia qed jitilqgħu imma anki nies li kienu b’saħħa wara Bernard Grech.
Fejn tidħol politika u strateġija, il-PN assenti għal kollox. F’Marsaxlokk, il-PN għadu ma appuntax persuna biex tidħol fil-kunsill lokali flok Janice Chetcuti. Dan hu villaġġ li għaddej minn burraxka u l-PN għadu bla rappreżentant tiegħu fuq din il-lokalita’.
U waqt li għaddej dan kollu, il-Kap Nazzjonalista abdika. Kulħadd intitolat għal vaganza, imma li tagħmel xahar barra l-pajjiż iddur ġo caravan, meta l-partit li qed tmexxi, jinsab fixxa, dik m’hi xejn għajr irresponsabbilta’ politika enormi. Issa spiċċa daħqa anki fost sħabu li eleġġuh għaliex qegħdin anki jagħmlu ‘share’ ta’ ritratti tal-caravans – dan ta’ hawn taħt wieħed minnhom.

Imma wara d-daħq jiġi l-biki. Fil-PN, il-ħaddiema u d-deputati qed iħossuhom bla direzzjoni ta’ xejn. Bl-Ingliż jgħidu ‘headless chicken’. Lil Bernard Grech ma jsibuhx u kulħadd jgħaffeġ kif ifettillu. Alla ħares kien hemm Adrian Delia fit-tmun u għamel hekk għax li kieku ħoll xagħrek u ġib iż-żejt. Kieku min jaf il-famużi 17 Blue Heroes x’festa qed jagħmlu bih. Kieku min jaf tat-Times of Malta, u Newsbook ta’ Charles Jude Scicluna, x’jagħmlu tal-istejjer li Delia abdika. Ibqgħu żguri li kienu jsibu anki flus mis-soprataxxa li l-Knisja timponi fuq il-kappillani mill-ġbir tagħhom biex iħallsu lil xi ġurnalist ħalli jmur jiġri warajh!
Ċara li Bernard Grech qata’ qalbu. Imma qed ikun irresponsabbli għaliex għalih l-aqwa li qed jaqla’ paġa ta’ 60 elf ewro. Infakkar li Bernard Grech hu avukat li kien jiddikjara li jaqla’ bejn sebgħa u tmien t’elef ewro fis-sena. Dak li jimpurtah Bernard Grech mhux il-PN, imma li jigwadanja sentejn paga! Għalhekk qiegħed imwaħħal mas-siġġu bil-glue anki jekk id-diċenza titlob li jwarrab u jħalli lil min irid jaħdem, ħa jaħdem.
Inqas minn sentejn oħra l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u tal-Parlament Ewropew. Il-PN miexi lejn tkaxkira kbira ohra. U Bernard qed ‘iħallieh iħabbat il-baħar’ u jixxala bil-caravan.
Déjà ikkumentajt darba ohra. Hemm bzonn li Adrian Delia jaghmel Partit ghalih. Kemm ghal gid tan Nazzjon u biex jigbor mieghu dawk in Nazzjonalisti genwini li ghad fadal.
Altrimenti ser nispiccaw ONE PARTY STATE u addio DEMOKRAZIJA. Issa z zmien li tittiehed azzjoni qabel l elezzjonijiet Europei u KL.
Din li jahseb ghal rasu kienet evidenti mill ewwel, tinsiex li dan il bniedem kellu jhallas eluf kbar t’arretrati ta taxxa u VAT mhix imhallsa, sabiex ikun safi u pur halli jkun jista jsir kap.
Ma nahsibx li kienet idea tieghu u ghaldaqstant irid igib dawk il flejjes li tilef. Kieku ma lehaqx kap kieku l-frodi ghadu ghaddej u l-ammonti dovuti lill istat kienu jibqgh mhux imhallsa.