Tiskanta kif The Times ma ġabet xejn li l-kurja għandha taxxa interna ta’ 35% fuq l-għotjiet li jirċievu l-kappillani.
Illum bdiet ix-xhieda tal-prosekuzzjoni. Dak li ġara hu li nġabu nies tal-istituzzjonijiet biex jixhdu, jigifieri persuna tal-kurja u nies li jaħdmu mal-banek. Forsi tlift xi ħaġa imma minn dak li qrajt ma qalu xejn li hu ta’ natura illegali. Minn dak irrappurtat jidher Fr. Luke Seguna ma kellu xejn ħażin fl-accounts tiegħu. Mela għala qed iżommuh il-ħabs? Nagħmlu mħatra li minn dawk 150 xhud li l-proseukazzjoni qalet li għandha l-anqas kwart ma hi ser ittella’?
Imma wieħed irid jaqra x’qalet The Times jew aħjar xi ħbiet The Times mill-qarrejja tagħha. Per eżempju The Times ma qalitx dak li ntqal fil-qorti illum dwar il-kwadru titulari ta’ Marsaxlokk jew kemm dan qam flus.
Infakkar li kien qarrej ta’ dan is-sit li ġibed l-attenzjoni għat-taħwid kollu li kien hemm wara dan il-kwadru li sar għall-knisja ta’ Marsaxlokk. Issa sirna nafu li dan sewa eluf ta’ ewro meta fil-knisja kien hemm wieħed devozzjonali u maħbub u fuq kollox kwadru tajjeb. Mela għala nbidel?
Ara għax Fr. Luke kellu jaffronta din il-problema spiċċa fil-qorti u l-ġurnalisti ta’ The Times ma qalu xejn dwar dak li ntqal fuq dan il-kwadru. Kienet The Malta Today li kitbet fuqu u qalet hekk:

Fuq kollox insibu li hemm taxxa ta’ 35% fuq l-għotjiet li tmur għall-Kurja. Din ġiet irrappurtata minn The Malta Today imma ma dehritx f’The Times. Ara x’qalet The Malta Today.

Mela sew qed jagħmlu n-nies li jagħtu l-flus lill-kappillani direttament fuq l-accounts tagħhom personali u mhux lill-kurja għaliex jekk il-flus jingħataw lill-kurja din teħdilhom 35% bħala soprataxxa biex tħallas l-operat tagħha.
Nixtieq nistaqsi jekk minn din it-taxxa, jitħallsu wkoll il-ġurnalisti ta’ Newsbook, ħbieb ta’ The Times. Għaliex il-fatt li The Times ma ġabet xejn fuq dan l-aspett tax-xhieda huwa indikazzjoni ċara ta’ kif qed taħdem l-amministrazzjoni tal-knisja u għaliex in-nies jippreferu jagħtu flus direttament lill-kappillani u mhux lill-kurja jew lill-isqof.
B’hekk il-mistoqsija li trid issir hija jekk minn din it-taxxa hux jitħallsu l-managers sekulari, xi uħud minnhom atei u anti-klerikali li hemm jaħdmu mal-istituzzjoni tal-media tal-kurja. Hawn qed nirreferi b’mod partikolari għal Newsbook.
Sew għamel Fr. Luke jekk ikkrea dawn l-accounts biex dawn l-istituzzjonijiet tad-dnub ma jieħdux flus tal-parruċċani. Fuq kollox, nixtieq infakkar fuq kappillan li kien maħbub ħafna kull fejn kien. Anki kien maħbub ħafna fil-kurja. Dan kien miet zopptu bla testment. Instab li fil-kontijiet personali tiegħu kellu l-flus tal-parroċċa li kienu jammontaw għall-elf ta’ ewro. Nies mill-kurja kienu marru jkellmu lill-werrieta biex jgħidulhom li dawk ma kienux il-flus tal-kappillan imma tal-parroċċa. Jiġifieri din il-prattika li kappillani jagħmlu accounts personali biex iżommu fihom flus tal-parroċċa hija qadima ħafna u magħrufa fil-kurja. Ara meta miet, ħadd ma qal li dan il-kappillan kien qiegħed jagħmel money laundering. Anzi kien hemm eloġji kbar f’The Times minħabba l-ħidma tiegħu!
Fuq kollox, meta xi ħadd jagħti donazzjoni, jistenna li l-flus kollha tagħha tmur għal dik l-opra u mhux parti minnha tmur bħala taxxa lill-kurja.