Claudette Buttigieg bidlet il-fehma tagħha dwar xandir ta’ videos ta’ politiċi marbuta ma’ “private events”
Minn osservatur politiku
Imma x’wiċċ irid ikollok! Claudette Buttigieg ħarġet tiddefenti u tappoġġja lill-Prim Ministru ta’ Finland li sfat vittma ta’ attakki wara li video privat li fih kienet qed tirrilassa f’party spiċċa dar id-dinja kollha. Il-Prim Ministru kellha wkoll tagħmel testijiet tossoloġiċi biex tipprova li ma kinitx taħt l-influenza ta’ xi droga. U Claudette Buttigieg għandha l-ardir li toħroġ tiddefendieha u tgħid li dan kien video privat u l-problema tinsab kif video privat spiċċa pubbliku.
Il-problema hawn mhux li Buttigieg qed tiddefendi lil Marin fuq video privat imma d-double standards ta’ din il-politiku mara. Imma possibbli ma tiftakarx meta hi kienet waħda minn dawk li ħammġu lill-kap tagħhom kull meta kellhom l-opportunita’? Din id-deputat taħseb li xi ħadd se jinsa x’għamlet hi u sħaba meta ħammġu kemm felħu lil Dr Adrian Delia?
Ma aħna ser ninsew qatt meta xxandru videos fuq Dr Delia biex joskurawh. Żgur li ser niftakru li anke Dr Delia kien fil-kenn ta’ daru meta xxandru ċertu videos. Trid ma nafx xi tkun biex tkun insejt x’għamilt int ma’ politiku ieħor bħalek f’pajjiżek stess.
Dan ma aħniex qed nitkellmu fuq xi politiku barrani bħal ma hu l-każ tal-Prim Ministru Filandiż, imma kien każ tal-kap tagħha stess ġo Malta. Allura issa ħasset il-ħtieġa li tiddefendi politiku barrani meta kienet hi u sħaba li ferħu meta kien hemm tixrid ta’ videos fuq il-Kap tagħhom. Verament l-ipokreżija ta’ ċertu politiċi ma għandhiex limitu.

Jekk jien zbaljat nitlob li nigi ikkoregut. Claudette Buttigieg kienet ikundannat il video il kien gie ippublikat fil media u fil media sociali li wera lill MP tal PL Hons Rosianne Cutajjar tisfen go party? Jew forsi kienet wahda li tkazat? Nistaqsi.
Nahseb konvenjentament qed tinsa xi haga, fil-Finlandja l-filmat mhux fuq il-PM kien? insejt x’festa ghamlu b’filmat ta party tal-birthday ta Joseph Muscat? kontra Delia biss sar l-aggravju?
Fil-grupp parlamentari jghidulha ir-Regina. Mara pruzuntuzza li ma taghtafx il-limitazzjonijiet kbar taghha. Anqas kienet kapaci titla l parlament bis-sahha taghha. L ewwel darba telghet bi zball u t tieni darba bl emendi tan nisa. Tradittura ohra. Shame on you
Insiet li Bix – Xandir mahmug li xandret hi u shaba kisru Lil Kap tal – Partit li kien hemm b’ akbar moghod Demokratiku li qatt sar Kap tal Partit
Min irid jitkellem min gie irregettat fl ahhar elezzjoni u qeda mp bis sahha tal labour.
Ahjar tirringrazzja lil PL talli ipprovdilha x tiekol bis sahha tieghu did darba. Il poplu warraba ghax jafu.