Bernard Grech jarmi lil Joe Giglio

Mill-gol caravan fejn qiegħed, Bernard Grech ħareġ stqarrija biex jgħid li ma jaqbilx ma’ Joe Giglio f’dak li qal dwar l-azzjonijiet li jridu jittieħdu rigward is-sitwazzjoni tal-emigranti f’Malta.

Ħa ngħidha kif inhi. Jien kont wieħed li ma qbilx għal kollox ma’ dak li qal Joe Giglio. Jien ma qbilx li s-suldati għandhom jibdew jagħmlu x-xogħol tal-pulizija u jitniżżlu fit-toroq. Jekk hemm problema, il-problema tissolva billi jissaħħu r-risorsi tal-pulizija u mhux jitniżżlu s-suldati fit-toroq.

Imma jidher li Bernard Grech mhux ma’ dan ma qabilx. Ma qabilx ma’ dak li qal Joe Giglio li jekk immigrant jinstab ħati li għamel reat, dan għandu jitkeċċa mill-pajjiż. Fi kliem ieħor, Giglio insista għal aktar dixxiplina u aktar tkeċċija ta’ nies illegali minn Malta. Dan hu argument li jorbot fis-sens li jien naqbel mal-punt li ġa qiegħed jitħaddem mill-qrati tagħna li jekk immigrant jinsab ħati ta’ reati gravi jitkeċċa mill-gżira. Ġa kellna l-każ ta’ emigrant li ġie mkeċċi u wara li tkeċċa wettaq delitt ġewwa l-Italja. Jiġifieri tkeċċija jista’ jkollha ġustifikazzjoni jekk ovvjament ikun hemm raġuni valida warajhata’ tkeċċija.

Dan wassal biex skont The Times, Bernard Grech “jarmi r-retorika kontra l-għarib, wara li l-partit talab għad-deportazzjoni tagħhom”.

U l-punt qiegħed hawn. Kien il-Partit Nazzjonalista li talab biex jitkeċċew għorib jew kif ngħidulhom illum il-barranin. Mela qatt partit jista’ jitlob xi ħaġa bħal din bla mal-kap ikun jaf jew qabel magħha?

Għalhekk dak li ma nistax nifhem kif Bernard Grech ħareġ jattakka lil Joe Giglio. Infakkar li Giglio ħareġ din l-istqarrija f’isem il-Partit Nazzjonalista. Mela, wieħed jifhem li l-kap tal-Partit, Bernard Grech, endorsjaha biex ħarġet. Kieku ma kienx jaqbel magħha, ma kienetx toħroġ mill-ewwel.

Imma fil-verita’, illum hemm kap assenti li bħalissa qiegħed fuq mawra ta’ xahar, idur bil-caravan, ġewwa l-Ewropa. Kieku kien kap serju, kieku kien japprofitta min-nuqqas ta’ preżenza tal-prim ministru ħalli jżid l-attakk politiku. Ara x’għamel il-Prim Ministru? Kulħadd jaf li joħrog bil-yacht. Imma ra li minn żmien għal żmien jiġi lura biex juri l-preżenza tiegħu hawn.

Din l-assenza qed twassal biex:

joħorġu stqarrijiet li l-kap ma jkunx jaqbel magħhom u b’hekk ħarġu minn wara dahru imma għax ta’ Repubblika ma jaqblux, ikollu jieħu azzjoni u jgħid li ma jaqbilx ma’ dawn l-istqarrijiet, b’hekk jikxef in-nuqqas ta’ koordinament li hemm fil-Partit Nazzjonalista.

jew agħar

kien jaqbel magħhom imma għax ta’ Repubblika ma’ jaqblux, għamel u-turn oħra mill-ħafna li qed jagħmel u ma ddejjaqx jarmi lil Joe Giglio.

Hu fatt magħruf li ta’ Repubblika lil Joe Giglio ma jriduhx. Meta darba kont ktibt fuq dan il-punt, Joe Giglio mar jiġri jikteb fuq Facebook u qal li din hija fantasija tiegħi u fake news.

Verament l-istorja hija għalliema ta’ kulħadd.

4 thoughts on “Bernard Grech jarmi lil Joe Giglio

  1. mela il Kap Grieg jista jiehu xahar vaganza idur bil caravan barra min Malta, izda il Prim Ministru jew xi Ministru dawn LE
    Mur hallina nghejxu u inti tista tibqa iddur ma l-Ewropa kemm trid i hu l-parir ta Chetcuti u ibqa barra ha tghati l-Ewwel ezempju ghax minghajjrek ahjar

  2. mela il Kap Grieg jista jiehu xahar vaganza idur bil caravan barra min Malta, izda il Prim Ministru jew xi Ministru dawn LE
    Mur hallina nghejxu u inti tista tibqa iddur ma l-Ewropa kemm trid u hu l-parir ta Christina Chetcuti u ibqa barra ha tghati l-Ewwel ezempju ghax minghajjrek ahjar

  3. Dan kif BG barra u gewwa Il pajjiz ma jinhass XEJN hlief ghall xi qattra kawlata politika bazwijja

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *