Tkompli l-ispin u l-ħdura mill-kurja kontra Fr. Luke Seguna lejliet li għandu jidher fil-qorti

Il-Kurja ta’ Malta tuża lil The Times u lil Lovin Malta fost l-oħrajn biex twassal messaġġ li jekk il-kappillan ta’ Marsaxlokk, Fr. Luke Seguna, jinsab ħati, il-kurja ser tiftaħ kawża ċivili kontra tiegħu.

Minn meta l-kurja tiftaħ kawża ċivili fuq abbużi ta’ flus a bażi ta’ kawża kriminali? U jekk jinsab innoċenti, x’ser jagħmel l-arċisqof Scicluna? Ser jirreżenja għaliex i-kurja tiegħu ħammġietu lil dan il-kappillan?

Suppost il-kurja għandha l-awdituri tagħha. Mela jekk kien hemm nuqqas, suppost dawn rawh qabel. Fuq kollox, il-kappillani huma obbligati jibgħatu rendikont lill-kurja kull sena. B’hekk kawża ċivili bħal din setgħet infetħet qabel. Fuq kollox, il-kurja dejjem tista’ tiftaħ kawża, irrispettivament jekk Fr. Luke Seguna għamilx xi ħaġa kriminali jew le?

Iċ-ċivil hu differenti mill-kriminali. Biex nagħti eżempju. Jekk xi ħadd għamilli xogħol ħażin, infittxu għad-danni ċivilment. Ma ssirx kawża kriminali.

Il-fatt li Fr. Luke qed jiġi mfittex kriminalment mhux minħabba l-għotjiet tal-flus, imma minħabba li qed ikun akkużat b’ħasil ta’ flus. Forsi hemm barra, din hija ftit diffiċli li wieħed jifhimha imma hemm differenza kbira.

Fi kliem ieħor, biex il-kurja tfittex lil Fr. Luke Seguna ċivilment, trid l-ewwel tipprova li dawk il-flus huma tal-knisja u mhux ta’ Fr. Luke u dan tista’ tagħmlu indipendentement minn din il-kawża. B’hekk l-eżitu tal-kawża ma jorbotx fuq id-dritt tal-Kurja li tfittxu ċivilment. Il-problema qegħda hawn: kif il-knisja ser tipprova li dawn il-flus huma tagħha?

Li kieku kienet serja, u taf li dawn il-flus huma tagħha, missha fetħet din il-kawża ċivili qabel u mhux issa. Fi kliem ieħor ma għandhiex għalfejn tistenna t-tmiem tal-proċeduri legali kontra Fr Luke biex tagħmel kawża bħal din. Dawn huma żewġ affarijiet separati.

Mela hawn għandna biss spin u ħdura. Flok l-arċisqof u l-kurja tiegħu qed jaraw kif jgħinu lil dan il-povru qassis, qed jippruvaw ikissru psikoloġikament, billi joħorġu bi storja bħal din lejlet li Fr. Luke għandu jidher fil-qorti. Fi kliem ieħor, Scicluna u l-kurja tiegħu qed iwasslu messaġġ lill-qorti biex akkost ta’ kollox isibuh ħati.

Anki jekk verament abbuża, xi ħaġa bħal din il-Knisja ma toħroġhiex waqt li għaddejjin proċeduri kontra wieħed mit-tfal tagħha u wisq aktar lejliet li dan il-povru qassis għandu jittella’ l-qorti biex tkompli tinstema’ l-kawża kriminali kontra tiegħu.

Verament ma jafux jistħu. Verament ħmieġ u ħdura biex il-kurja toħroġ bi storja bħal din, maħsuba biss biex tippeġġora l-kawża ta’ wieħed minn uliedha.

8 thoughts on “Tkompli l-ispin u l-ħdura mill-kurja kontra Fr. Luke Seguna lejliet li għandu jidher fil-qorti

  1. I disagree with the main argument in this article. Nobody has access to Fr. Seguna’s financial records like the police do. It would have been very difficult for the Church auditors to gain access to the same records. It would be wise to let the facts play out in criminal court. Then the Church could then use the same financial records retrieved by the police in its civil case.

  2. tajba din mela kontra dan trid tiftah kawza civili ghal flus (ghax hemm mohhom biss),ghalix mela ma fethitx kawza civili kontra dawk li abbuzaw mit tfal u instabu hatja u mhux tmur tirranga min taht ha jmut kollox fuq ommu?

  3. You are obviously a fool. Between you and Manuel Delia….

    By placing itself as a parte civile in the criminal case, the Curia is ensuring that Father Luke is prosecuted even if the original complainant withdraws the complaint. This is because the charges are those of misappropriation.

    What is behind all this is yet to be seen. I have known of many Fathers, Kanonki, Duns and more who amassed a fortune. Somehow, I do not think Father Luke dines on the same table as them.

    What needs to be done here is to break the link between those donations and the Curia.

    And I write this not because I know Fr Luke but because he should have simply been asked to return the money if it belongs to the Curia. If not, then his parish seemed happy enough with him. Yes he watched porn, bought a few bikes, but all in all, it is not right within the context of what is really going on. That photo on a stretcher did it. A true sacrificial lamb.

    Also, one word of advice, write as you wish, but your blogs are awful, bereft of logic and any idea of how a state should be run.

    1. I suggest that you re-read my article. My article was not about the fact that the church constituted itself as parte civile in this case but about the statement made on the eve of tomorrow’s sitting that in case Fr Luke is found guilty, the church will initiate civil proceedings against him.

  4. AVUKAT imexxi l’ Arcidjocesi ta’ Malta u mhux Raghaj …u veru AVUKAT bla ebda’umilta’ mghodrija u sens ta’hlewwa li tilqek u zzommok milli titlaq!

    Dan hu li TPOGGA bhala il-Mexxej tal-Archdioci ta’ Malta minn ‘Fr’ Joe Borg u l- #Klikka tieghu li mminnaw it-tmexxija tal-wisq mahbub u umli ll-Emeritus Arisqof Pawlu Cremona biex poggew bhal MEXXEJ TAL-ARCDJOCESI TA’ Malta lill – AVUKAT CHARLES JUDE SCICLUNA ….& Co.

  5. Fejn il-mahfra li tant jippriedka l- isqof. Fejn hu l htiega li ma niggudikawx li tant jippriedka l- isqof. Fejn hi l- hniena li tant jippriedka l-isqof? Eccelenza Monsinjur Charles Scicluna il-kelma tqanqal. L- ezempju jkaxxkar.

  6. Lil mara tat – Triq Gesu qalla Mara mur u la tidnibx izjed . Allura lil dan il – Qassis tal – Knisja il – Kurja ma tghejdlux Hekk .
    U lil – Iben il – Hali Missieru kif laqaw . Billi qatillu L – Iktar ghogol imsemmen .
    Il – Kurja dawn l – Affarijiet ma tghamilhomx jew trid bis li hadd iehor jghamilhom .

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *