Ser jiġi sospiż Robert Brincau?

The Times ġabet l-istorja li d-Direttur tal-Ħabs, Robert Brincau, qiegħed ikun investigat mill-pulizija għaliex ippunta l-pistola tiegħu lejn xi persuna. Robert Brincau ċaħad din l-akkuża, imma dejjem skont the times, il-pulizija qegħda tinvestiga dan il-każ.

Issa skont il-Public Service Management Code (PSMC), persuna li tkun impjegata mal-gvern u qed tiġi investigata mill-pulizija suppost tiġi sospiża mix-xogħol tagħha sakemm il-pulizija tittermina l-investigazzjoni tagħha.

Dan hu dak li normalment jiġri fiċ-ċivil. U ħafna persuna fiċ-Ċivil spiċċaw sospiżi għaliex il-pulizija bdiet investigazzjoni fuqhom u baqgħu sospiżi sakemm intemm l-investigazzjoni.

X’ser jagħmel il-Ministru tal-Intern fuq dan il-każ? Ser jissospendi lil Brincau skont il-PSMC jew le? Jew f’dan il-pajjiż, kif kienet tgħid ommi, Alla jaħrilha, il-forka għall-iżvinturat.

19 thoughts on “Ser jiġi sospiż Robert Brincau?

  1. Ghaziz Simon Mercieca
    Tista tghid ghalix ghandek Dan l’ odju u hdura Lima bhala ghas Sur Robert Brincau ?
    Nistena Risposta
    Jekk tisraqsi Lili ghalix Nabbot lil Alex Dalli nghidlek tibzax , wahda biss ha nghid li waqt li qed ikkelmek A.D joffendik bil familja u meta tirribati lurra jghidlek Dak lingwac ta Armata tihux ghallija
    Wara minuta jerga jibatek tihdu F.. ommok
    Meta Jew Hajja ..
    Inselimlek
    Mercieca

  2. Mela skont int, jekk persuna issir rapport kontra tagħha u l-pulizija tibda tinvestigaha, din tiġi sospiża. Din hija n-norma fiċ-ċivil. Imma jekk isir kontra xi ħadd ieħor, din ir-regola ma tgħoddx. Għalija l-liġi għall-kulhadd l-istess.
    Issa jekk titlob li l-liġi tkun l-istess għall-kulħadd tfisser li tobgħod allura għandna problema.

  3. Il public service commission timxu blucuh bhal mghamlet Lilli Kaz tieghi jihi 28sena jigi deciz bkorruzjoni U Lili telfuni 28sena paga ta surgent tal pulizija U kissruli Il karatru dawn jamlu Li jeidu alija mumhiex impar,Kali bil peovi istotuzjoni korrota iva Jien processawni meta mhux support kissru Il kostituzjoni

  4. Dr Mercieca

    Meta Maltatoday ftit ilu ħarġet aħbar xokkanti li priġunier għamel statment mal pulizija kontra spettur korretiv anzjan, il PSC fejn kienet? Il PSMC code ma japplikawx hawn?

    Meta pulizija telaw lil kap tal operat, Sur Spiteri għax prova jindaħal waqt investigażżjoni hekk irrapurtat fuq il-media kollha il PSC fejn kienet? Il PSMC code ma japplikawx hawn?

    Kif ukoll hekk waqt intervista fuq Times ġie allegat li l istess kap tal operat jemm allegat abbuż sesswali, u inmate għamel statment msl puliziha u rapport, il PSC fejn kienet? Il PSMC code ma japplikawx hawn?

    Lil dak li jrida ta Kurunell, imma huwa Lt Col meta beda jinvestiga l-Ombusdman, il PSC fejn kienet? Il PSMC code ma japplikawx hawn?

    U meta l pulizija bdiet tinvestigah, il PSC fejn kienet? Il PSMC code ma japplikawx hawn?

    Etc etc

    Nieħu pjaċir tgħallimni bħala lettur tal universita u għandnek min itik l informazzjoni, bi ksur tsl PSMC code u regolamenti tal ħabs, allura inti tiġi kompliċi. Oqgħod attent għax qed ikun hemm mumenti fejn qed jużawk u jtuk storja oħra kif jaqbel lilu/lhom.

    Tislijiet Kollega

    1. Ħadt gost naqra l-kitba tiegħek. Dak li qed tgħidli tikkonfermali dak li dejjem ħsibt u dan kien l-ispirtu wara din il-kitba. Li dawn il-kodiċi jintużaw kontra ż-żgħir. Ara kontra ż-żgħir jgħidulu biex jissospendi lilu nnifsu. Imma meta niġu quddiem sitwazzjonijiet tal-kbarat, huma min huma, jintużaw rigi differenti.

      1. Dottore

        Għandek żball għax dak li semmejt jiena hawn fuq, kienu fit tmexxija jew għadhom hemm hekk, huma kbarat….

        Qatt tkellimt eżempju, jew qalulek li eżempju wieħed li semmejtlek mhux jidħol għax xogħol assenjat lilu? U qiegħed bil karozza tal gvern, bil fjul imħallas min għandek u għandi, u l paga dieħla?

        Kollega min qalbi, ngħidlek biex toqgħod attent xi informazzjoni jtuk jew xi jitimawk.

        1. Fejn hu l-iżball? Għidlek li mhux veru? Il-każijiet tiegħek ma nafhomx imma qed tippubblika taħt ismek u għalhekk ma għandix problema nirrispondi. Jiġifieri skont int, jekk sar ħażin fil-passat għandu jsir issa wkoll? Nerġa’ ngħidlek li meta jkun hemm każijiet simili jinvolvu ż-żgħir, ir-regolamenti jiġu attwati kollha. Għala meta jkun hemm l-uffiċjali għoljin le – huma min huma? Dak li qed nikkonkludi mill-kitba tiegħek li għandu jkun hemm arbitrajeta’ jew agħar patteġġjament. Qed ngħid sew? Għaliex skont l-argument tiegħek, jekk dawn saru fil-passat għandhom isiru issa! Mela tista’ tgħidli għalfejn qegħdin il-kodiċi? Biex jintużaw kontra żgħir jew meta jaqblilna biss?

          1. Forsi ftehmna ħażin… dawn l istess nies kienu possibilment li ġalu liż żgħar jirriżenjaw jew jissponendu lilhom innfushom. Il ħażin jibqa ħażin, issir meta jsir.

            Jista’ l każ li huma l istess nies li qed iffixklu tmexxija preżenti jew inkella jtuk l informazzjoni, fejn istanzi mhux koretta. Nsf x jiena ngħidlek għax b mod indirett naħdem ma’ dik imsejjħa Faċilita Korretiva, għax fadlila ħafna biex issir hekk.

            Nissuġirilek li tindaga dan kollu hawn fuq, peress li tikteb u tikkumenta fuq il ħabs. Importanti li tgħid u turi żewġ faċċati, ħalli tkun kredibli u jagħtu ksż iżjed il kitbiet tiegħek, għax dejjem ikunu fuq l istess temi. Issa hemm osessjoni jew biex tkun l avukat, il kelliema tagħhom, imms din gija affati tiegħek.

            Il Lt Col Dalli għamel tajjeb ħafna, imma għamrl ħażin ukoll… u wħud minnhom ħarġu ukoll.

  5. Le. Fhimt sew x’qed tgħid. Il-punt qiegħed hawn. Bħal ma taf din l-istorja ma ħrigtx biha jien, imma ħarġet biha The Times. Mela jekk din storja mhix minnha jew le għandu jkun l-argument. Il-fatt li l-pulizija qed tinvestiga huwa minnha. Meta meta jkun hemm investigazzjonijiet mill-pulizija, normalment il-persuna investigata tissospendi lilha nnifisha jew tiġi sospiża. Issa jekk dan hu frame-up kontra s-Sur Brincau, hu fid-dmir tal-pulizija li tispiċċa l-investigazzjonijiet malajr. Jekk dan il-fatt seħħ, allura hu ħażin u naħseb li għandna naqblu li mhux aċċettabli.
    Issa jekk kien hemm oħrajn li żballjaw, ma għandix problema li jittieħdu passi kontra tagħhom. Il-ħażin jibqa’ ħażin jagħmlu min jagħmlu.
    Fuq kollox, ħafna jgħiduli għax ma tiktibx fuq hekk jew fuq oħra. Wieħed irid jifhem li dan hu blogg ta’ persuna mingħajr riżorsi.
    Dak li nista’ ngħidlek ma għandi agenda kontra ħadd tant li ma kelli l-ebda diffikulta li nħallik issemmi l-eżempji ta’ terzi persuni fuq dan is-sit. Ara ħaddieħor jiċċensura u ma jħallix lil kulħadd jikteb li jrid fuq is-sit tiegħu. Biss nerġa’ ngħid żball ma jitpattix ma ieħor u l-ħażin ħażin jibqa’. Issa jekk investigazzjoni mill-pulizija ma timmeritax sospensjoni, dak argument ieħor li jmur lilhinn mill-eżempji li ġibt. Imma onesta ma naħsibx.

    1. Minhiex ħa nidħol fil merti tas Sur Brincau għax ma’ nafx il fatti u mhux prudenti li nikkumentaw jew ninstigaw affaribiet f dan l stadju bikri tsl investigazzjoni.

      Il punti li semmejtlek bil fatti kien ħaqqhom sospensjoni, u allura staqsjtek fejn kont inti dak iż żmien, li huwa riċenti. Għalhekk tajtek parir jew xorta oħra biex toqgħod attent, ma’ ikubu qed jużawk għal fini tagħhom biex ikomplu jagħmlu l ħsara u jikissru nies.

      Ul bqija fuq kollox naqbel miegħek, li ħażin jibqa ħażin ħin kollu.

      Inti taf li b xi ritratti li tawk stajt tipperikola sigurta tal ħabs? Qalulek min fejn ittieħed ir ritratt tal famuż siġġu, eżempju? Qalulek li dak siġġu li ppublikajt inti ġie modifikat ħalli tingħata stampa oħra? …. Qed ntik eżempju ieħor

      1. Dawn l-argumenti jirrabbjawni u jippreokkupawni. Mela issa qed tgħid li ma tridx tikkummenta fuq l-każ ta’ Brincau għax mhux prudenti. Din mhix xi ħaġa ta’ prudenza. Din hija xi ħaġa ta’ kodiċi. Qed ikun segwit il-kodiċi taċ-ċivil f’dan il-każ, iwa jew le? Dan kien l-argument tal-blogg.

        Imma din iġġib mistoqsija oħra. Mela għala inti ktibt u kkummentajt fuq stejjer ta’ ħaddieħor meta mhux prudenti li tikkummenta fuq dan il-każ? Jien mhux ser nikkummenta fuq stejjer li qed issemmi għaliex ma nafhomx. Li kieku nafhom sew, tinkwetax kont nikkummenta fuqhom. F’dan il-każ inħalli lil ħaddieħor jikkumenta. Kif għidtlek jien ma għandix problema li inti tikkumenta fuq stejjer oħrajn anki fuq dan il-blogg.

        Minflok qed iġġib l-argument falz li tgħid li jien ma nistax nikteb fuq dan is-suġġett għax qabel ma ktibtx fuq suġġetti oħra li tridni nikteb fuqhom int. Nerġa ngħidlek li jien ma jien f’but ħadd! Jien nikteb fuq dawk l-istejjer li jolqtu lili u li nkun studjathom. Issa jekk ħadd ieħor jolqtuh stejjer oħra għandu kull dritt li jikteb dwarhom u jien niddefendi d-dritt tiegħu li jikteb fuq dak li joġgħob lilu.

        Imma l-ikbar waħda hija din. Mela skont int, għax jien ippubblikajt ritratt ta’ siġġu, kont qed nipperikola s-sigurta tal-ħabs. U min ippubblika ritratti foloz u qal stejjer foloz fuq il-ħabs u l-famuż siġġu hu onorabli u kien qed jagħmel il-ġid lill-ħabs? Għax din hija l-konklużjoni li wieħed jagħmel mill-argument tiegħek.

        U fuq kollox, meta ġabu stejjer foloz, ritratt folz fuq dak il-famuż siġġu, fejn kont int? Dak li nista’ ngħid li ma niftakrekx tikkummenta fuq dan il-fatt f’dan il-blogg bħal ma qed tagħmel issa. Ara li kieku dak ir-ritratt ġabu xi ġurnali ieħor, kont tgħid li qed isaħħaħ id-demokrazija!?

        Qed insemmi dawn l-eżempju biex nurik biss kemm hu ħażin l-argument tiegħek u mhux għax naqbel ma’ dan ir-raġunar. Il-fatt li ma kkummentajtx fuq dan il-fatt ma jipprekludix li tikkummenta fuqu issa. Il-fatt jibqa’ li l-pubblikazzjoni ta’ dak is-siġġu ma pperikolat l-ebda sigurta tal-ħabs. Anzi ritratti li jien ippubblikajt tal-ħabs spiċċaw jeħduhom u jġibuhom il-gazzetti.

        Issa jekk int għandek “an ax to grind” kontra xi ħadd, dik storja oħra. Dak li nista’ ngħidlek li jien ma għandi aġenda kontra ħadd. Imma l-media trid tieqaf tilgħab bl-aġenda perikoluża tagħha.

        Nixtieqlek il-lejl it-tajjeb.

  6. L argument iegħi huwa għala fuq Brincau tellajt blog biex tara/issaqsi jekk ħux ser jiġi sospiz, u f żmien Dalli ma’ tellajt xejn? Anzi ħriġt għonok għaliħ. Trid kun leali lejn l segwaċi tiegħek. Dan hu l punt. Jekk vera għamel hekk, iwa ħaqqu sospenzjoni jew xorta ohra kif hemm miktub u iddetat fil kodiċi.

    Jiena nibqa niddefendi dritt ħieles tal kelma, u grazzi li titkellem, imma kun parżjali. Għalkhemm intibtikteb dejjem fuq l istess nies/suġġetti.

    U min ippubblika ritratti foloz u qal stejjer foloz fuq il-ħabs u l-famuż siġġu hu, kif qed tallega inti huwa kundanabli ukoll. Imma nemmwn li kienu veritira….

    Nassigurak li jien ma għandi aġenda kontra ħadd ħadd.

    Bonġu u l ġurnata tajba.

    1. Kull ma ngħidlek li jien nikteb fuq dan li nkun naf fuqhom. Fuq l-istejjer l-oħra ma naf xejn għax ma segwejtx mhux ser nikteb. Jekk nagħmel hekk inkun żatat. Ara fejn naf nikteb u ser nerġa nikkoreġik. Dik tas-siġġu mhux allegazzjoni imma verita’. Ġiet ippruvata fil-qorti għaliex il-persuna li l-media qalet li ġie marbut mas-siġġu ċaħad kompletament li hija minnha. Mela ma għadhiex allegazzjoni imma saret fatt.

      Dak li nista’ ngħid li l-media, li tant ħadmet biex tqaċċat lil Alex Dalli llum hija ħalqa magħluq. Issa sar kollox tajjeb.

      Jien kontra Brincau ma għandi xejn. La naf lilu u l-anqas lil Dalli. Imma hu fatt u mhux allegazzjoni li din l-orkestrazzjoni kontra Dalli saret għaliex Dalli qered id-droga mill-ħabs u kien hemm min uġgħatu żaqqu!.

      Dan hu biss il-mottiv tiegħi li nikteb dwar il-ħabs.

      Il-jum it-tajjeb.

        1. Imma mhux bħala kastigg kif ġie allegat minnek imma għar-raġunijiet mediċi! Jekk ma tafx id-diffrenza bejn it-tnejn, allura għandna problema. Issa jekk taf li ntuża bħala kastigg – kif qed tinsinwa – allura mur bil-każ għand il-pulizija u tinkwetax ma niddejjaqx nikkummenta dwarhom.

          Inċidentalment, il-ministru preżenti li qed issemmi int kien ħerqan li jneħħi lil direttur l-ieħor. Nieqaf hawn.

          Għal darba oħra l-jum it-tajjeb,

    2. Proset , ghax Is Sur mercieca ma ghandux idea x’kien jigri hemm Gewwa , it ragunar ta sihbek Dalli
      Kien hekk kif ser nghidlek , ta isfel jilmenta ma ta nofs u ta nofs jitkellem ma ta fuq u ghal hekk ta isfel IL kelma tieghu qatt ma tigi kunsidratta u emnutta , u Dalli propju ghal hekk tkisser ghax ta fuq kisruh ghax IL klikka klikka vizjuza li SA certu aspet din IL Qarnitta Ghadda hemm IL Qarnitta li lilek ittik informazzjoni Sur Simon imma mhux korretta .

      1. Jiġifieri mhux veru li kien hemm attentat ta’ suwiċidju? Jiġifieri mhux veru li d-droga reġgħet daħħlet fil-ħabs? Ara kif kienet taħdem il-media qabel quddiem dawn il-każijiet u kemm kienet tagħtihom spin. U mhux veru l-proġett fuq bini fil-ħabs jinsab wieqaf jew l-awtur ta’ ktieb ma ġiex mistieden għand il-president waqt il-preżentazzjoni tal-ktieb tiegħu? Għax dawn kienu l-aħbarijiet principali jien ippubblikajt f’dan is-sit rigward din l-amministrazzjoni preżenti.

        Nieqaf hawn u nsellimlek Noel.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *