Il-karita’ nisranija skont il-ġurnalisti tal-Knisja u sħabhom ta’ Repubblika: jekk taqa’ nkomplu ntuk.

Minn qarrej ta’ dan il-blogg

Nixtieq ngħidlek proset tal-artiklu li ktibt ilbieraħ fuq l-istorja ta’ Ian Abdilla. Kif għidt tajjeb inti, din hija storja li bdewha tat-Times u komplew tan-Newsbook, u li dwarha tella’ anke post id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina.

Dan hu eżempju ċar tal-mod kif dawn in-nies jittrattaw lill-proxxmu. Mhux bizzejjed li taqa’, jew iwaqqgħuk, imma jkomplu jtuk sakemm, metaforikament, joqtluk. X’għamel Ian Abdilla sta għall-awtoritajiet li jaraw, u jekk naqas iġorr ir-responsabbilta’ ta’ għemilu.

Iżda għal xi wħud li taparsi verġni u qaddisin aktar mill-Papa, li Abdilla ġie sospiz mill-korp mhux biżżejjed. Issa lanqas imkien ma jista’ jaħdem – lanqas sempliċiment placement ma’ entita’ ma’ jista’ jagħmel.

Le, jekk hemm bżonn Abdilla, u familtu, jmutu bil-ġuħ f’isem il-karita’ Nisranija. Din hi l-mentalita’ ġdida ta’ Newsbook’. Kisser, farrak, irfes u għaffeġ lil dak li jkun. Kompassjoni żero. Kemm it-Times, kemm Newsbook kif ukoll esponenti Nazzjonalisti ta’ Repubblika, dak li hu importanti li jaqbdu ma’ persuni speċifiċi. Fi kliem ieħor jagħżlu lil min jattakkaw.

L-istess kif għamlu lil Justyne Caruana li, minħabba dak li llum huwa eks-żewġha, kellha tirriżenja. Irriżenjat, imma l-istess ċirku ta’ nies komplew ituha u jikkalpestawha. Ma hemm mogħdrija ta’ xejn. Bħal ma jagħmel il-volpi li jiġri kemm jiflaħ wara l-fenek sakemm il-fenek jgħejja – imbagħad il-volpi jieklu u jagħmlu trietaq.

U din hi waħda mir-ragunijiet ewlenin li l-PN jinsab fiex jinsab. U bħalu qed tiġrilha l-knisja Kattolika f’Malta. U n-nies, dan it-tip ta’ ġurnaliżmu jdejjaqhom. Għax mis-sema ‘l isfel kulħadd suġġett għall-iżball. Imma għal xi wħud l-iżball trid tibqa’ ġġorru għall-għomrok u trid tpatti għalih il-ħin kollu.

M’hemmx ħniena. M’hemmx mogħdrija. Sincerament, ma nafx kif jorqdu bil-lejl.

Mela mhux kulħadd tad-demm u l-laħam? Mela mhux kulħadd familja għandu jew għandha?

Mela uliedhom/marthom/żwieġhom/il-ġenituri tagħhom ma jweġġgħux bħalhom, jekk mhux aktar minnhom?

Dak li qed iseħħ huwa bullying psikologiku tal-agħar forma. L-aqwa li l-Ħadd filgħodu jitilgħu jitqarbnu – jew iqarbnu!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *