Id-Direttur tal-Ħabs Robert Brincau qed ikun interrogat mill-pulizija li hedded persuni pajżani b’arma tan-nar
Tiftakru xi storja kienet qamet fuq allegazzjoni li Alex Dalli hedded priġunier jew priġunieri b’arma tan-nar fil-ħabs? Infakkar li din l-akkuża kienet saret kontra Alex Dalli fejn kien ġie allegat li għamel użu ħażin tal-arma tan-nar ġewwa l-ħabs. Illum nafu li din hija fabbrikazzjoni tal-media jew fake news.
Ara issa x’għandna! Id-Direttur il-ġdid tal-ħabs, Robert Brincau qed ikun akkużat li hedded b’arma tan-nar persuna jew persuni li kellu xi jgħid magħhom fl-Għadira. Hawn mhux qed nitkellmu fuq ħabsin jew nies perikolużi, imma fuq ċittadini bħalek u bħali. Skont The Times, jidher li kien hemm xi battibek bejnu u xi persuni oħra fl-Għadira, u dejjem skont kif qed ikun irrappurtat jew allegat, Brincau ħareġ l-arma tan-nar kontra ċittadini inermi. Jekk din hix minnha jew le, inħalli lill-pulizija tinvestiga. Imma jekk hija minnha, din l-istorja turi kemm huwa perikoluż li wieħed iġorr arma tan-nar mingħajr ma jkollu taħriġ psikoloġiku tajjeb għaliex jispiċċa jużaha ħażin.
Qed inġib din l-istorja mhux biex nagħmel ħsara lil Brincau. Fuq kollox, din ġiet ippubblika minn The Times. Qed inġibha mhux nuri kemm hawn ipokreżija f’dan il-pajjiż. Fuq storja simili kontra Alex Dalli, ħarġu l-korijiet kollha jitolbu għar-reżenja. Jekk wieħed jaqra t-ton ta’ dan l-artiklu, dan hu maħsub biex jagħmel dak li jissejjaħ damage control.
Issa ser jagħmel il-PN? Ser jitlob għar-reżenja ta’ Brincau kif kien għamel ma’ Alex Dalli fuq storja simili?

IL klikka ta Dalli ghad ghanda IL Forza u tahdem fejn jithlu frame up,
Ghalaq halqek Mifsud Bonnici. Ghax ma tghidx kif kien il-habs fiz-zmien meta kien Ministru kuginuk li jgib l-istess kunjom tieghek.