Ian Abdilla għandu dritt jaħdem bla ħaddieħor: il-media tal-knisja trid tieqaf tattakka lin-nies

Il-ġurnal tal-knisja, Newsbook, ħadha kontra Heritage Malta talli bħalissa, Ian Abdilla, qiegħed jagħlem placement magħha. Ian Abdilla huwa l-eks-assistent Kummissarju tal-Pulizija li bħalissa huwa sospendut mill-korp. Dan kien issemma ħafna fl-inkjesta fażulla tal-famużi tliet imħallfin.

Mhux ser nidħol fil-każ ta’ Abdilla. Imma l-Knisja trid tieqaf isservi ta’ vaż għall-media tal-liberali u tal-anti-klerikali. Dan l-artiklu huwa tkomplija ta’ kampanja ċara fil-media tal-liberali kontra Abdilla. Minn dan l-artiklu stess ta’ Newsbook, insiru nafu li din l-istorja kontra Abdilla ħarġet biha The Times.

Issa l-gazzetta tal-Knisja qed tagħtihom spallata. Imbagħad wieħed jiskanta li l-anti-klerikaliżmu taħt l-arċisqof Scicluna qiegħed jikber kuljum f’pajjiżna. L-episkopat ta’ Scicluna ser jibqa’ magħruf għal fatt li taħtu, il-media tal-knisja spiċċat il-loudspeaker ta’ Repubblika u sħabhom li moħħhom biex jattakkaw u jkissru lin-nies u jekk jistgħu joqtlu lin-nies bil-ġuħ.

Dawn huma l-valuri ta’ mħabba li llum qed tmexxi l-Knisja Maltija ġewwa Malta!

Abdilla ma għandux assitent kummissarju. Biss dan il-bniedem għandu, bħal ħaddieħor, id-dritt li jaħdem u jsegwi korsijiet li jrid, kif fuq kollox jagħmel ħaddieħor. X’hemm ħażin li dan ir-raġel jaħdem u jsir gwida professjonali? Dan ma għandux x’jaqsam mal-karriera li kellu qabel!

Din il-ħdura kollha trid tieqaf. Imbagħad niskantaw li l-Knisja f’Malta qed titlef il-kredibilita’ tagħha. Il-Knisja illum qed taħsad dak li ilha tiżra’.

Dan is-sens ta’ ġustizzjaliżmu żgur ma jirriflettix it-twemmin Kattoliku, għallinqas dak li darba kont ġejt mgħallem jien!

One thought on “Ian Abdilla għandu dritt jaħdem bla ħaddieħor: il-media tal-knisja trid tieqaf tattakka lin-nies

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *