Waqt li Bernard Grech idur bil-karavan Sqallija, il-Partit Nazzjonalista qed jinħaraq: ġej lura fit-13 ta’ Settembu

Bernard Grech qed jagħmel bħal Neruni. Waqt li Ruma kienet qed tinħaraq, Neruni kien joqgħod idoqq l-arpa. Dan hu l-kliem li rċevejt mingħand numru ta’ Nazzjonalisti, kollha jgħidu l-istess ħaġa minħabba li Bernard Grech hu assenti għaż-żmien twil idur bil-karavan ġewwa Sqallija u postijiet oħra.

Żgur li ma hux qed ibati mill-ansjeta. Dak li hu żgur hu li l-Partit Nazzjonalista qiegħed miexi bl-amment. Kif kitibli xi ħadd. “Bernard Grech is camping round Europe whilst the PN is collapsing and in auto-destruction mode”.

B’hekk għall-attivitajiet qed jattendi l-viċi-kap minfloku. Qed jingħad li ġej lura wara t-2 ta’ Settembru. Infatti għall-BBQ li hemm ippjanata fit-2 ta’ Settembru, il-kap tal-Partit mhux imniżżel li ser jattendi.

Dan kollu qed juri li ma hemmx organizzazzjoni u koordinazzjoni xierqa u li l-kap qed jaqa’ u jqum mill-Partit Nazzjonalista.

B’hekk Bernard Grech ma jistax jitkellem fuq il-faqar waqt li hu qed jagħmel dan iż-żmien kollu jgawdi u jiġri.

Tant kemm ilu nieqes li b’ċajtha qed jistaqsu jekk inħatafx għax sparixxa!

P.S. Wara l-pubblikazzjoni ta’ din l-aħbar irċevejt screenshot fejn fiha hemm l-informazzjoni li l-kap Nazzjonalista ġej lura Malta fit-13 ta’ Settembru. Mela veru kif qed jgħidu li Bernard Grech ser jagħmel xahar barra minn Malta.

2 thoughts on “Waqt li Bernard Grech idur bil-karavan Sqallija, il-Partit Nazzjonalista qed jinħaraq: ġej lura fit-13 ta’ Settembu

  1. Ghall- gid tal-PN ahjar ma jkunx hawn Il-Kap Bernard Grech. Meta jkun hawn hlief frejjeg ma jaghmilx.

  2. Criticizing Dr Bernard Grech is stupifyingly easy as he seems to enjoy shooting himself in the foot … he is surely enjoying himself around trouble free as if he is on the brink of being a PM

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *