L-arċisqof Scicluna jgħid lix-Xlukkajri jinsew lil Fr. Luke imma Xlukkajr wieġbu lura u qallu “Il-mant tal-Madunna ikbar minnek”.
Ilbieraħ, l-Arċisqof Charles Scicluna mar biex jitkellem max-Xlukkajri dwar is-sitwazzjoni fil-parroċċa tagħhom wara li l-kappillan spiċċa l-ħabs.
L-arċisqof Scicluna mar Marsaxlokk biex (suppost) jitkellem max-Xlukkajri u spiċċa ma tkellem ma ħadd! Għamel biss monologu. Kien anki ħabbar li ser jieħu l-amministratur miegħu għal din il-laqgħa biex miegħu jiltaqa’ man-nies. La tkellem l-amministratur u wisq aktar l-arċisqof dwar is-sitwazzjoni f’Marsaxlokk. Minflok, l-Arċisqof uża din l-okkażżjoni biex ikompli jarmi u joskura lil Fr. Luke Seguna.

B’hekk kulħadd ħareġ diżappuntat għax l-arċisqof ma qal XEJN SPEĊJALI fuq il-futur tal-parroċċa ta’ Marsaxlokk. Minflok, dawk preżenti ħaduha li l-parroċċa ser tkompli TINŻEL ’L ISFEL, għax dan il-missier (u ndirettament din kulħadd fhiemha) jaf li għandu iben marid u flok qed ifittex biex ifejqu… spiċċa jagħmel diskors fqir maħsub biex ikompli jgħarrqu. Infatti, fl-aħħar tad-diskors, li kien ta’ 8 minuti, l-arċisqof spiċċa jgħid hekk:
“Erba’ ħitan u erba’ kaptelli... issa komplu intom…”
U x-Xlukkajri fehmuha sew x’ried jgħid l-arċisqof. Kemm ħasibhom ċwieċ lix-Xlukkajri. Dan hu parti minn proverbju qadim li x-Xlukkajri jafuh sew u meta qalhom biex jkompluh, jafu sew kif ikompli għax dan il-proverbju jispiċċa: “U ĦARJA F’WIĊĊ IL-FLUS LI KELLI…!”
Il-kelma erba’ ħitan u kaptelli hija referenza għall-qabar u b’hekk Scicluna qal lix-Xlukkajri li Fr. Luke Seguna miet u ndifen!
Dak li l-aktar dejjaq lix-Xlukkajri kien il-fatt li l-arċisqof ma qal XEJN BIEX IFEJJAQ IL-FERITA TAX- XLUKKAJRI, anzi, KOMPLA JITFA’ L-MELH FUQ IL-FERITA għaliex jaf li x-Xlukkajri huma wara Fr. Luke u għalihom huwa għadu r-ragħaj spiritwali ta’ Marsaxlokk. Fuq kollox, minflok ħareġ biex jgħin lill-kappillan, deher aktar bħala arċisqof moħħu fuq il-kwistjoni tal-flus.
Dan wassal biex resident għamel dan il-kumment wara dan id-diskors tal-arċisqof Scicluna biex jikkundanna lil Fr. Luke u qallu bid-djalett Xlukkjari li mhux issa missu ġie l-arċisqof Marsaxlokk imma fi żmien il-pandemija. Huwa għalaq il-kitba tiegħu bi kliem ta’ kuraġġ lil Fr. Luke fejn qallu biex iħallih il-baħar iħabbat mix-xlokk imma jiftakar li l-mant tal-Madonna huwa ikbar mill-arċisqof.

Kif wasalt għal konklużjoni li Fr. Seguna huwa innoċenti? Għax in-nies ta’ Marsaxlokk iħobbuh? Seguna ma sarx qassis għan-nies ta’ Marsaxlokk biss, allura jrid jagħti rendikont ta’ dak li għamel. Finalment il-Qorti tiddeċiedi mhux in-nies ta’ Marsaxlokk.
Jekk kienu x-Xlukkajri li tawh il-flus, mela rendikont lilhom irid jagħti. Mhux hekk? Jekk int ma tajtux flus, kif jista’ jagħtik rendikontjew jagħti rendikont lil min ma tahx flus?
Kemm ġibdu sew ir-ritratt Salvinu Caruana 😉