Karmenu Mifsud Bonnici l-isptar. Skiet li jtarrax minn Bernard Grech: Prosit talli wara l-pubblikazzjoni ta’ dan il-kumment ħa azzjoni pożittiva.
Minn Qarrej ta’ dan is sit
Aktar minn sagħtejn ilu l-mezzi tax-xandir kollha ħabbru li l-eks-Prim Ministru u eks-Mexxej Laburista Karmenu Mifsud Bonnici ġie rikoverat fL-isptar Mater Dei.
Fatt magħruf li saħħet Dr Mifsud Bonnici ilha sejra lura. Il-Prim Ministru Robert Abela kien pront jawguralu fejqan ta’ malajr. Iżda Bernard Grech xejn. Anke tan-NET awgurawlu fejqan ta’ malajr.
Tgħid Bernard jibża’ jagħmel l-aktar ħaġa deċenti u jawgura fejqan ta’ malajr lill-eks-Prim Ministru Malti?
Forsi jibża’ li jekk jagħmel hekk jaqla’ ċamata pubblika mis-soltu ċorma li ħlief ħdura kontra dak kollu li mhux Nazzjonalista, u saħansitra dak kollu u kull min mhux parti mil-klikka tagħhom, ma jarmux?
Meta Eddie Fenech Adami daħal l-isptar, Robert Abela kien pront awguralu fejqan ta’ malajr.
Fil-PN jiddettaw tal-klikka.
Lil Karmenu żebilhuh kemm felħu u issa lanqas f’mument daqstant uman ma għandhom ħila jinsew id-differenzi.
Il-ħdura fil-PN sabet art għammiela.
PS. Wara l-pubblikazzjoni ta’ dan l-artiklu, nieħu gost, bħala amministratur ta’ dan is-sit, ninnota li Bernard Grech ħa azzjoni u xtaq fejqan ta’ malajr lil Karmenu Mifsud Bonnici. Prosit.

Ma rrealizzajtx li qed tigdeb, Simon?
Mhux veru li l-Bobby “kien pront awguralu (lil Fenech Adami) fejqan ta’ malajr”!
Jekk trid tghid il-verita kollha, sibli l-post tal-Bobby u tini l-link. Mill-bqija, int ma int xejn hlief wiehed li tharref.
Ghall-verita kollha dwar il-Labour, kemm tidhol fil-website taghna. Ghax kien biss Manwel Cuschieri (li siehbek il-Bobby keccieh mis-Super 1) li awgura lil Fenech Adami!
Jew tiddejjaq tikkwotah lil Manwel? :-/
Dan mhux artiklu tiegħi. Jekk irid jista’ jirrispondik min kitbu. Imma int qed li awguralu, imma mhux mill-ewwel. Biss jekk li qed tgħid hu minnu, ħażin ma jittranġax b’ħażin ieħor. Mhux hekk? Jien dejjem naf lil PN imexxi bl-eżempju u mhux jimxi kif jagħmel ħaddieħor.
U sadanittant, kif bqajt ma gibtx x’qal pubblikament Manwel Cuschieri dwar il-Bobby?
Just in case harbitlek: http://bestoflabour.com/2022/08/18/filmat-manwel-cuschieri-jisfida-lill-bobby-jekk-l-affarijiet-ma-jinbidlux-dak-li-ghandi-nghid-nghidu/
Nawguralkom għall-website li għandkom. Riżq u barka.
Bhala sid il-website, int responsabbli ghall-kontenut li jkun ippubblikat, anke jekk ma jkunx artiklu tieghek.
Ghall-kuntrarju, fuq BESTOFLABOUR.COM, nohorgu l-fatti ma’ kull storja li nippubblikaw.
Forsi tista’ titlob lil min kiteb l-artiklu (aktarx bl-inizjali SM!) biex, jekk jogghbu, jindikalna FEJN il-Bobby “kien pront awguralu (lil Fenech Adami) fejqan ta’ malajr”.
Fin-nuqqas ta’ dan, din hi konferma li l-website tieghek ma hi xejn hlief mimlija FAKE NEWS jew HALF-BAKED NEWS (biex nispjegawlek, just in case ma fhimtx, b’informazzjoni nieqsa jew zbaljata)!
Ħasra li ħadd min hemm wara din il-website ma juri ismu. Good luck.
“Prime Minister Robert Abela tweeted that, on behalf of the government, he wished Fenech Adami a speedy recovery.” Reported by Ivan Martin on TOM 19.08.3922. Find it at the end of the article.
https://timesofmalta.com/articles/view/eddie-fenech-adami-hospital-collapse-home.975278
https://timesofmalta.com/articles/view/eddie-fenech-adami-hospital-collapse-home.975278. Sib l-awgurju ta’ Bobby fl-aħħar paragrafu ta’ dan ir-rapport.
Forsi ghax min jigbet l-ispag ta Dr Grech ma jahmlux lill KMB. Meta snin ilu EFA kien darba gie intervistat, f’intervista gie mistoqsi dwar avversarji tieghu. Ghal Mintoff kellhu kliem ta tifhir, imma lill KMB iddiskrevih bhala Zelota!
Żelota sa fejn naf jien tfisser wieħed li juri żelu għal dak li jemmen fiħ. Iż-Żeloti Lhud dak li kienu. Ma naraħx insult li wieħed jgħidlek li int żelota.
Allura ghala lill Mintoff ma iddiskrevihx hekk ukoll jekk Zelota tfisser kif qed tghid int? Mela Mintoff ma kienx zelu ghal dak li kien jemmen fih? Mela issa immissek li ma l-ewwel okkazjoni li tara xi hadt dedikat, sejjahlu Zelota, u ara kif tmur! Ara jekk johodiex bhala kumpliment jew offiza!!