Where your opinion counts

Meta jkun hemm l-interessi tal-familja Pisani u tal-Corinthia, ta’ Repubblika joqgħodu kwieti.

Fejnhom ta’ Repubblika? Fejnhom dawk li jaqbżu jwerżqu fuq ‘revolving doors’ meta bniedem jitlaq post tax-xogħol u jmur f’ieħor, li jista’ jkollu kunflitt ta’ interess? Għaliex f’ċertu okkażżjonijiet ta’ Repubblika ma jiftħux ħalqhom?

Ftit tal-ġranet ilu t-Times of Malta qajmet pandimonju għax iċ-Chairman tal-BOV jikkonsulta lill-Gaming Authority. L-istess Times of Malta għadha kif tatna l-aħbar li Alfred Camilleri, l-eks-Segretarju Parmanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, ser imur fuq il-Board tal-Corinthia.

Għalkemm tatna l-aħbar din il-gazzetta ma għaddiet ebda kumment fuq din il-pożizzjoni ġdida għal Camilleri. Jista’ jkun li din id-darba hemm il-familja Pisani involuta? Jista’ jkun li għax hemm din il-familja, kemm it-Times kif ukoll Repubblika ma jiftħux ħalqhom?

Wieħed irid ifakkar li fil-bloggiijiet tagħha, Daphne Caruana Galizia, qatt ma kitbet kelma waħda fuq il-Corinthia. Jien ninsab infurma li kienet anki taħdem ta’ konsulenta mal-Corinthia.

Min-naħa l-oħra, fuq id-DB inqalgħu l-irwiefen kollha minkejja li l-Corinthia jridu jagħmlu l-istess bħad-DB u jiżviluppaw iż-żona tal-ITS f’San Giljan.

Imma lil ta’ Pisani ma jkellimhomx u ma jikkritikawhomx. Imma jekk ħaddieħor ikun irid jagħmel l-istess proġett bħal dak ta’ Pisani, hemmhekk jinqalgħu l-irwiefen kollha.

Ta’ min jinnota li lanqas il-Partit Nazzjonalista ma jitniffes. Imma il-Partit Nazzjonalista jista’ jkollu raġuni valida din id-darba. Issa għandu il-Viċi Kap tiegħu, Alex Perici Calascione, miżżewweġ għand tal-Corinthia.

Infakkar li meta Camilleri kien perm sec tal-finanzi, minn taħtu għaddew in-negożjati kollha marbuta ma’ l-iżvilupp u l-bejgħ ta’ Ħal Ferħ lill-Corinthia. Allura ngħid jien, hemm m’hemmx storja ta’ revolving doors?

One thought on “Meta jkun hemm l-interessi tal-familja Pisani u tal-Corinthia, ta’ Repubblika joqgħodu kwieti.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *