Jacob Borg ta’ The Times ibeżlaq l-odju tiegħu fuq Fr. Luke Seguna

Il-ġurnalista ta’ The Times bagħat tweet fejn fih semma li Fr. Luke Seguna qiegħed mixli li qed jara l-porn. Jien mhux ser nidħol jekk dan il-qassis kienx jara l-porn jew le. Dak li ma qalx Jacob Borg li żgur Fr. Luke Seguna ma kienx jara porn tal-gays u l-anqas tat-tfal. Tgħiduli kif taf?

Naf għax kieku kien jara porn tat-tfal, kieku ġa qalu li hu pedofil u kienu jagħmlu storja minnha. Li kieku kien jara porn tal-gays, kien ifisser li hu gay u ibqa’ żgur li l-ġurnalisti ma kienu jġibu xejn għaliex dik kienet tiġi omofobia. Imma li wieħed jara porn ieħor, hemmhekk ok.

Imma issa ejjew niġi għal din l-istorja tal-porn, Qed jingħad li nefaq 150,000 fuq sites pornografiċi. Ma nafx min jista’ jemminha? Taf x’wieħed qed jgħid? Li l-anqas jekk kien jagħmel dawn is-snin kollha jara porn kuljum, minn filgħodu sa filgħaxija ma kien jonfoq dawk il-flus kollha fuq sites tal-porn. B’hekk ma jistax ikun li kien jonfoq dawn il-flus kollha fuq pornografija jekk mhux fuq sites speċjalizzati ħafna. Imma niddubita.

Fuq kollox, għadu ma ġiex stabbilit jekk kienx hu li kien jidħol f’dawn is-sites jew ħaddieħor. Dan li hu żgur li l-pulizija elevaw il-computers tiegħu u issa qed jagħmlu l-istejjer. U fuq kollox, li wieħed jidħol f’dawn is-siti mhux reat li fuqu persuna għandha tinżamm il-ħabs!

B’hekk din l-informazzjoni tkompli tikkonferma l-mod amateurish jew maħmuġ ta’ kif qed tmexxi l-pulizija dan il-każ.

Imbagħad hemm punt ieħor. Skont kif irrappurtat, jidher li Fr. Luke fetaħ qalbu mal-pulizija u qalhom li kien għaddej minn xi problemi. Kien onest. X’ġara? Minflok sab l-għajnuna aktar il-pulizija sallbuh. Ara li kienu kien xi kriminal gwapp ma kien jgħid xejn u ibqgħu żguri li l-anqas ġurnata l-ħabs ma kien għamel. Imma għax kien onest, għandhna issa l-pulizija u xi ġurnalisti tal-onesti iridu jsallbuh u jridu jżommuh il-ħabs. Issa minn għandu moħħ biex jifhem ħa jifhem.

Issa nispera li ma tgħidux li Fr. Luke Seguna qed iħallasni. Luke Seguna bħali minn Ħal Tarxien u kien joqgħod warajna imma minħabba d-differenza t’eta’ u l-fatt li jien trabbejt Raħal Ġdid u mhux Ħal Tarxien ma nafux. It-tieni sirt nafu kemm ilu kappillan Marsaxlokk peress li noqgħod hemm. Kemm insellmu lil xulxin u xejn aktar.

U dan iwassalni għall-akkuża l-oħra li qed jagħmlu. Il-pulizija qed tgħid li nefaq il-flus tal-parroċċani fuq pornografija. Minn meta l-pulizija titkellem f’isem il-parruċċani? Jien parruċċan tiegħu u qatt ma’ għamilt rapport biex ikun investigat. U bħali hemm ħafna parruċċani oħra. Mela l-ispetturi ma jistgħux jitkellmu f’isimna!

Ħerqan ikun naf f’isem min qed jitkellmu l-pulizija.

2 thoughts on “Jacob Borg ta’ The Times ibeżlaq l-odju tiegħu fuq Fr. Luke Seguna

  1. Mela jidercar li la hareg car li ikollok flus min DONAZZJONIJIET MA HIX HASIL TA’ FLUS U GHALHEKK IVVINTAW AKKUZA OHRA U LI KIF KTIBT INT UKOLL MHIX AKKUZA .
    SHAME ON MIN BEDA DIN IL – KAMPANJA.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *