Il-PN irid iniżżel is-suldati fit-toroq: proposta tas-sold u nofs.

Wara l-ġlieda fil-Ħamrun, il-Partit Nazzjonalista ħareġ bil-proposta li jniżżel is-suldati fit-toroq. Ma nafx min ħareġ b’din l-idea. Għalija, din tfakkarni fi żmien Mintoff meta kien iniżżel is-suldati fit-toroq. Fuq kollox, tfakkarni fid-dinja Kommunista, fejn is-suldati kienu jkunu kontinwament fit-toroq tal-pajjiż.

Bir-rispett kollu imma ma nafx min qed joħroġ b’dawn l-ideat. Verament trid ma jkollox idea tad-differenza bejn il-militar u l-pulizija biex tgħid lill-militar għandu jinforza l-liġijiet u l-ordni pubbliku. Normalment dawn isiru minn dawk li jagħmlu kolp ta’ stat jew dittatura. Dawn iniżżlu l-militar fit-toroq biex jinfurzaw l-ordni.

L-inżul tas-suldati fit-toroq hija f’lista ta’ proposti li il-Partit Nazzjonalista qed jagħmel lill-Gvern. Imn’alla ħadd ma għadu jieħdu bis-serjeta’ għaliex din hija politika ta’ partit li ma għadux jgħożż il-valur tal-liberta’.

Imma dak li l-aktar hu interessanti, li l-Partit Nazzjonalista ħareġ b’dawn il-proposti wara li Alex Borg talab aktar appoġġ għall-pulizija wara l-ġlieda fil-Ħamrun. L-ordni pubbliku huwa kompitu tal-pulizija u għandu raġun Alex Borg li jitlob għal aktar support lill-pulizija. Dak li rridu nsaħħu hija l-preżenza tal-pulizija fl-għases u mhux ikollna s-suldati jduru fit-toroq. Imma jidher li Bernard Grech aktar moħħu biex jipprova jirredikola lil Alex Borg u joħroġ bi proposti biex juri li hu aħjar minnu u spiċċa ħareġ b’din il-proposta tas-sold u nofs.

Dak li hu l-aktar inkwetanti, li din il-proposta ġie preżentata lill-poplu minn Joe Giglio. Kont nistenna’ ħafna aħjar mingħand Joe Giglio.

5 thoughts on “Il-PN irid iniżżel is-suldati fit-toroq: proposta tas-sold u nofs.

  1. Twahhlux f’Bernard Grech ghax dak imsiefer. Qed ikompli jiehu break. Qed jghidu li qed idur gol Ewropa bil- Caravan. U l-PN miexi bl auto pilot.

  2. All we have to do.when some one hurt a police man or make trouble Deport him the next day without taking him to court,because court is loosing time for nothing.

  3. Inti qatt ma sifirt? Ma tarax suldati fit-toroq fil-pjazzez ewlenien? Ghalfejn qed tiskanta?

    …u qed nitkellem fuq bliet Ewropej bhal Ruma, Milan, Parigi u Barcellona. Pajjizi li zort jien u rajt b’ghajnejja. Imma f’Malta proposta bhal din immaqdrudwa ghax puritani.

    Iva l-proposti ta’ Dr. Giglio jaghmlu sens, ghaliex ma semmejtx l-proposta l-ohra tieghu li l-barranin li jwettqu crime Malta jigu deportati mill-ewwel?

    Mhux proposti tajbin dawn? Ghaliex le?! Ghax is-suldati jfakkruk fi zmien Mintoff? X’ghandu x’jaqsam?

    Mela ma naghmlu xejn Malta ghax kollox ifakkarna fi zmien Mintoff!

    1. Ezatt; naqbel mieghek mija fil-mija siehbi! Veru, fil-bliet Ewropej kollha li zort dejjem sibt pulizija / suldati armati, b’subajhom lest fuq il-grillu, l-ahhar esperjenza kienet fl-isbah pjazza ta’ Catania, fejn hemm l-obelisk tal-iljunfant. X’fiha hazina din? Anzi jien nissuggerixxi li s-suldati jfittxu jibghatuhom il-Hamrun u l-Marsa (ghalissa) u lil min jitqazzez minnhom jaghtu ezempju bih, halli l-ohrajn jitaghllmu li ‘We mean Business’!

  4. Il PN ghandu l’ikbar problema giganti li QATT jista jkollha oganizzazjoni politika …. M’HEMMX KREDIBILITA

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *