Issa sar reat għall-media tal-liberali li qassis ikollu ħames muturi u dan għandu jiġġustifika li jibqa’ jinżamm arrestat il-ħabs

Ilbieraħ, il-pulizija bdiet tressaq il-provi kontra Fr. Luke Seguna. Jidher ċar li wara dan il-każ hemm aġenda moħbija u din hija biss ploy tal-media liberali biex tuża lil dan il-povru qassis biex tattakka lill-Knisja.

Kull ma ġabet il-pulizija hija li dan il-bniedem għandu flus aktar minn 100,000 u inqas minn miljun. U fuq kollox għandu ħames muturi. Mela min għandu ħames muturi issa sar kriminali u rridu nżommuh il-ħabs! Jew forsi qassis ma għandux dritt li jkollu ħames muturi u landrover second hand.

Il-verita’ hija li l-akkużi li qed iġġib il-pulizija ma jimmeritax li din il-persuna tinżamm taħt arrest il-ħabs.

Jekk il-gvern tal-Lejber irid juża dan il-każ biex ixerred l-anti-klerikaliżmu ħalli l-liberali jkunu jistgħu jdaħħlu l-abort sejjer żmerċ għaliex min hu fil-business, dan hu każ li jixgħel bozza ħamra.

Jekk dan il-qassis kien hemm persuni li tawh il-flus, good luck to him. Donazzjonijiet huma donazzjonijiet.

Jekk iffalsifika firem, kif qed tgħid il-pulizija, għamel ħażin imma issa rridu naraw jekk din hix minnha jew le. Biss xorta din ma timmeritax li persuna, qassis jew le, tinżamm il-ħabs.

Imma l-aqwa li The Times u l-Malta Today iġibu lil Luke Seguna fuq mutur kbir biex jiġġustifikaw l-akkużi tal-korp ta’ Gafa. Din turi l-aġenda moqżieża li hemm wara dan il-każ.

Dan mhux każ kontra xi ħadd li għamel xi reat, imma każ biex il-media tal-Liberali, ibda minn The Times, ikomplu jiddiskreditaw lill-kleru Malti. Niskanta kif in-Newsbook ma ngħaqadx ma’ The Times u ġabilna lil Fr. Luke Seguna fuq mutur!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *