In-neputi ta’ Austin Gatt jigdeb fuq Adrian Delia
Michael Zammit Maempel, it-tifel ta’ Joe Zammit Maempel, u li jiġi wkoll in-neputi ta’ Austin Gatt, reġa’ għamel tweet biex jattakka lil Adrian Delia. Dan l-avukat ilu bit-tikketta ma’ Dr Adrian Delia minn meta Delia beda l-ħajja politika tiegħu.
Hu ċar li Michael Zammit Maempel huwa persuna kontinwament iffissata li jħammeġ lil Adrian Delia. Taħt in-nom de plume ta’ Zemploid għadu kif tella’ fuq twitter dan li ġej:

Fi kliem ieħor qed jgħid li għall-elezzjonijiet Ewropej ħerġin kemm Michelle Muscat u Adrian Delia u b’hekk it-tnejn ser ikunu fuq il-karta tal-vot għall-elezzjonijiet tal-MEP u ser jagħmlu din l-elezzjoni interessanti.
Infakkar li kien dan is-sit li ħareġ bl-aħbar li Michelle Muscat kienet ħierġa għall-elezzjonijiet Ewropej, liema aħbar għadha sal-lum qatt ma ġiet miċħuda. Infakkar li skont Zemploid u sħabu ta’ Repubblika, dan is-sit ixandar fake news.
Imma jekk hemm persuna li qed ixandar fake news, din hija Zemploid stess għaliex Adrian Delia ċaħad kemm-il darba li ħiereġ għal dawn l-elezzjonijiet. The Times of Malta kienet xandret li Delia kien ser jikkontesta l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Dan kienet qalitu it-Times fit-8 ta’ Ġunju 2022, imma kien ġie miċħud minn Delia innifsu. Fil-fatt, Newsbook qalitilna fit-8 ta’ Ġunju 2022 li ‘Delia jiċħad li se jikkontesta għal MEP’.

Imma Zemploid ma jinteressahx minn dan kollu. Li jinteressah li jipprova jpoġġi lil Adrian Delia f’dell ikrah u jigdeb fuqu.
Għalkemm Delia ċaħad (kif rajna), Zemploid għadu jipprova jagħti n-nar biex joskura lil Adrian Delia. Imbagħad wieħed jiskanta għala tar-Repubblika ma jistgħux jaqbdu art.
Wieħed jistaqsi, x’inhi din il-fissazzjoni li dan Zemploid għandu fuq Adrian Delia? Għalfejn kull tant jiftakar f’dan id-deputat u jipprova dejjem iċapsu b’xi ħaġa?
Għalfejn jerġa’ jaqla’ xi ħaġa li kienet magħluqa u ma għadhiex tissemma?
Għalfejn jerġa’ jipponta fuq xi ħaġa li hi gidba imma basta jikkuntenta l-ego tiegħu li jħammeġ lil Adrian Delia?