Ħaddiema tal-arċisqof Scicluna jagħmlu “like” biex ikun ibbojkottjat it-Tumas Group u l-ħwienet li qed jikru għandu.
Alessandra Dee Crespo li hija l-assistenta tal-arċisqof fit-tribunal tal-knisja u biċċa waħda ma’ Scicluna għamlet “like” lit-talba biex ikun ibbojkottjat it-Tumas Group u dawk il-kumpaniji li jikru mingħandu.
X’impurtaha l-assistenta tal-Arċisqof Scicluna li The Tumas Group tħaddem 2000 ruħ? Apparti l-fatt li The Tumas group mhux Yorgen Fenech. Hemm membri oħra tal-familja li ma għandhom xejn x’jaqsmu ma’ dan il-każ. Imma l-aqwa li jagħmlu l-ħsara!
Magħhom ingħaqdet Monique Agius, ġurnalista ta’ Newsbook. Din ukoll tagħmel like għal dan il-boycott. Daqshekk hu indipendenti Newsbook tal-Knisja! Imbagħad il-kappililani jgergru li in-nies qed tonqos mill-Knisja.
Ara kif 2000 ħaddiem jistgħu jibqgħu jħarsu tajjeb lejn il-Knisja meta din l-istess knisja trid ittellfilhom ħobżhom u toqtolhom bil-ġuħ?
Imma l-ikbar hija l-ipokrezija ta’ dawn in-nies. Dan kollu beda minħabba li ntalab li jkun hemm boycott kontra t-Tumas Group. Gara li din it-talba issa ġiet estiża anki lejn dawk il-ħwienet li qed jikru għand ta’ Tumas. Dan għaliex Brown’s kera spazju mingħand it-Tumas Group biex iżid il-kummerċ u tella’ riklam f’The Times dwar il-ftuħ ta’ din il-farmaċija ġdida ġewwa The Quad Central.

Kienet Mandy Mallia, oħt Daphne, li talbet biex isir dan il-boycott kontra Brown’s għaliex kera mingħand ta’ Tumas.
Dak li nsiet tgħid Mandy Mallia hija li The Times ħadet il-flus mingħand Brown’s biex tagħmlilhom riklam għal ftuħ ta’ dan il-ħanut ġdid ġewwa The Quad Central.
Imma ta’ Repubblika ma jordnawx boycott kontra The Times li ma tiddejjaqx tieħu flus mingħand Yorgen Fenech permezz ta’ riklami li qed isiru b’dirett jew indirett. B’mod dirett, għaliex The Times iġġib riklami tat-Tumas Group fuq il-paġni tagħhom. B’mod indirett għaliex dawk li qed jikru spazju għand ta’ Tumas qed jirrikklamaw fuq The Times. F’dan il-każ, kien The Quad Central li għamel dan ir-riklam fuq The Times. Mela għala ta’ Repubblika ma jordnawx boycott lil The Times? Għala Mandy Mallia ma talbitx anki li tkun ibbojkottjata The Times li qed iġġib ir-riklami u artikli bi ħlas dwar il-ftuħ ta’ Browns fil-propjeta’ Tat-Tumas Group minħallsa mit-Tumas Group stess?
Issa qed taraw min qed verament qed jieħu l-flus mingħand Yorgen Fenech! Jacob Borg kien qal li jien imħallas minn Yorgen Fenech. Jekk hemm persuna li hu mħallas minn Fenech huwa hu. Imma hawnhekk l-editur ta’ The Times jgħidlek li n-naħa kummerċjali ma għandhiex x’taqsam man-naħa tal-aħbarijiet imma l-aqwa li l-flus deħlin! Verament ipokriti. Għax ma tgħidux li għalikom, il-flus jiġu l-ewwel u qabel kollox.
Il-mistoqsija aħħarija hija din. Tgħid jekk il-ħaddiema ta’ dawn l-ażjendi li ta’ Repubblika jridu boycott kontra tagħhom jitilfu xogħolhom, il-paga ser joħroġilhom l-arċisqof Scicluna?
Tista tajt li temmen fil vangelu biex qed titlob biex jibokotjaw 2000familji Dan Hu talim li xerdu nispera li dawk fid djocisi li jemnu flevangelu jikundanw Dan l agir insew kem jatu donazjonijiet ghan nies fil bzon u tridu tibokotjaw lit tumas group min ghamel din idikjarazjoni jati kont quddiem Alla tal hsara lli qed jaghmel lil knisja. Mela blisters ragunament il haddiemai ta tumas group jibokotjaw il knisja?
Minghajr Riklami it – Times tista tghalaq .
Mela il – Fera kummercjali ghanda x ‘ Taqsam mal – Ahbarijiet.
Insew dawn id-deni li din il-mara ikkawzat meta kienet hajja! Insew kemm inkissru familji diga minhabba l-paroli fil-vojt! Insew kemm provat tkisser familji, tieghi l-ewwel wahda, sempliciment ghax jien nahdem fis-servizz pubbliku. Insew dawn kemm hdura hareg minn gol-kitba taghha, bejn storja investigattiva u ohra. Huwa minnu li HADD m’ghandu jghaddi minn dan it-tip ta’ martirju, u jittihdilhom qarib taghhom ghal xejn b’xejn u bl-aktar mod makabru u moqziez, izda id-dinja ma’ ddurx biss mal-familjari tas-Sinjura Caruana Galizia.
Issa jidher li irid jitkompla il-legat billi minghalina naghmlu sensazzjonalizmu ghaliex negozju qieghed jaghmel l-almu tieghu biex jkompli jkabbar l-operat tieghu u kera minghand Tumas Group – qisu it-Tumas Group huwa maghmul minn Yorgen Fenech biss! Ejja ma ndahhqux!
Sewwa qalet Kristina Chetcuti, nippakkja u nitlaq minn dan il-pajjiz, imma biex ma nibqax nara dawn il-kummiedji sensazzjonali!