B’tar-Repubblika fit-tmun, Bernard Grech sar spettatur
Minn qarrej midħla tad-Dar Centrali
Qabel ma Manuel Delia għamel il-vroma li għamel f’tal-Arriva, ix-xuffier tal-karozzi konna ngħidulu kunduttur. Kien ikollu rowl ukoll li jbiegħ il-biljetti. Fis-sistema kien hemm ukoll id-dispatcher li kien jagħmilha ta’ koordinatur. Illum dan hu r-rowl ta’ Bernard Grech fil-Partit Nazzjonalista. Sar dispatcher jew spettatur waqt li ta’ Repubblika saru l-kunduttur jew dawk li jmexxu l-partit.
Fi kliem ieħor, Bernard Grech hu kap fuq il-karta biss. Fil-verita’ tilef kull kontroll tal-PN, jekk qatt kellu. Li kieku ma kienx hekk, kien jiddeplora l-attakki li saru fl-aħħar siegħat minn Manwel Delia u l-akkolti tiegħu, inklużi l-ġurnalisti fit-Times of Malta, u dawk tal-media tal-Knisja, fuq l-eks-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.
Iżda Grech ma għandux saħħa ta’ xejn. Tar-Repubblika poġġewh hemm, u jrid joqgħod għal dak li jgħidulu. Jekk le, jtajruh. L-attakki insensati li qed isiru fuq Adrian Delia u fuq kull min hu, jew kien qrib tiegħu – inkluż protagonisti ewlenin li telqu mill-PN, qed igerrxu aktar numru kbir ta’ Nazzjonalisti li xebgħu jaraw manuvri u kumplotti mill-istess nies li jġibu ruħhom daqs li kieku l-PN huwa propjeta’ personali tagħhom.
Kap b’saħħtu kien jiddeplora l-attakki fuq il-preċedessur tiegħu, u fuq esponenti Nazzjonalisti, inkluż deputati, eks-deputati, kandidati u eks-kandidati, kif ukoll fuq attivisti. Kap serju kien joħroġ jgħid li fil-PN ħadd m’hu għar-rimi, u li anke dawk li telqu mill-PN hu se jara personalment li joħroġ l-id tal-ħbiberija u jiddjaloga magħhom.
Fi żmien Joe Saliba, segretarju ġenerali, s-segretarju ġenerali tal-PN kellu ħakma soda fuq il-partit. Fejn ma jidħolx il-kap, kien jidħol hu u jaġixxi. Illum hemm Michael Piccinino bħala segretarju ġenerali. Ma għandu saħħa ta’ xejn. Jibża jaġixxi.
Hemm faxxa ta’ nies li jispeċjalizzaw fil-ħdura. Dawn illum għandhom ħakma totali tal-PN. Fil-ġimgħat li ġejjin aktar nies se jitilqu mill-PN. Il-PN sar tossiku. Tar-Repubblika fit-tmun, u Bernard Grech spettatur. Darba kien hemm GonziPN. Illum hemm RepubblikaPN
This is what nowadays denotes the PN: “Hemm faxxa ta’ nies li jispeċjalizzaw fil-ħdura”
I think it is about time for Adrian Delia to start his new Party. The democratic Nationalist Party together with those nationalists of good faith and not fanishing in thin air. I believe he has a good following from those dischanted with the present situation in the NP.