Qażżistuna!
Minn Attivist Nazzjonalista
Jien ilni għomri u żmieni fil-PN. Niftakar sew it-tellieqa bejn Eddie Fenech Adami u Guido de Marco anke jekk kont għadni żgħir. Niftakar kif, minkejja d-differenzi ta’ bejniethom, maż-żmien għarfu jaħdmu id f’id u l-PN rebaħ fuq li rebaħ.
Imma issa ġol-ħajt.
Dalgħodu stess rajna lil Manwel Delia, eks-prinċipjant tal-Ministru Austin Gatt, u r-raġuni għaliex falliet l-Arriva, ikompli jattakka, u jipprova jħammeġ, lill-eks-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.
Ma waqfux jattakkawh lil Adrian Delia.
Ma kenux kuntenti li neħħewh minn kap. Le, baqgħu jtuh, iħammġuh jippruvaw, jekk jista jkun, joqtluh u jidfnuh (metaforikament).
Ħdura inkredibbli.
L-istess qed jagħmlu fil-konfront ta’ min telaq u bagħathom jixxejru. Il-ħin kollu jaraw kif se jattakkaw lin-nies.
Jagħmlu l-ġurnata kollha jivvomtaw il-ħdura.
Imbagħad, uħud minnhom, il-Hadd tarahom jitilgħu jibilgħu l-ostja.
Ipokriti.
Vera l-każ li nies bla ebda sens ta’ dinjita’. Nies bla qalb.
Ħdura li, kemm ilni attiv fil-PN, qatt u qatt ma rajt bħala.
U fejnu Bernard Grech f’dan kollu? Bela’ lsienu?
Għax ma jgħidx li jitwerwer minn nies bħal Manwel tal-Arriva u sħabu.
Kissruh partit.
Aħna issa xbajna għal kollox.
Qażżistuna!
1000% korret…