Ivan Bartolo tal-Mosta juża pjattaforma personali biex jitkellem kontra il-faqar

Id-deputat Nazzjonalista, Ivan Bartolo tal-Mosta, juża l-meżżi soċjali biex iwassal il-messaġġ tiegħu dwar il-faqar f’pajjiżna. Bartolo huwa l-kelliem ewlieni tal-Partit Nazzjonalista fuq il-faqar f’Malta.

Bartolo stess jgħid li qed jagħmel dan il-video, minħabba raġunijiet ovvji. Hu ma tax x’inhuma dawn ir-raġunijiet ovvji imma persuna ma għandhiex bżonn tmur l-universita’ biex tinduna għaliex. Min hu rasu fuq għonqha u jsegwi n-NET News jaf li Bartolo, mhux qed ikun mistieden fuq dan l-istazzjoni.

B’hekk Bartolo qed itella’ dan il-messaġġ minħabba li ma hux qed ikun mistieden biex jitkellem fuq il-media tal-Partit Nazzjonalista jew fuq fora oħra. Bħala kelliem fuq il-faqar ma baqgħalux fejn isemma leħnu ħlief permezz ta’ dawn l-vlogs privati.

Hu stess qal li quddiem il-faqar, huwa ma jistax ma jsibx pjattaforma fejn ikun jista’ jitkellem!

One thought on “Ivan Bartolo tal-Mosta juża pjattaforma personali biex jitkellem kontra il-faqar

  1. Proset ghad diskors siewi li tghamel veru ragel dak li tghamel zgur mhux li qed tghamlu ghal butek flok jghajnuk iffixkluk ghax ma’ ghanhomx l’istess interess tighek ir-residenti mostin warajk.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *