In-nies ta’ Marsaxlokk ħarġu bi ħġarhom jitolbu bir-rużarju għall-kappillan tagħhom li qrati bi ħdura tefgħuh il-ħabs

Qed inġib video li jitkellem waħdu. Waqt li l-arċisqof tad-djoċesi, Scicluna rama lil Fr. Luke biex jogħġob tar-rule of law u l-woke, in-nies ta’ Marsaxlokk ġew jaqgħu u jqumu mill-pariri tiegħu biex ma jitkellmux jew jikkummentaw fuq dan il-kappillan u niżlu jitolbu għalih fit-triq.

Infatti illum saret velja ta’ talb ħdejn il-Mużew tas-Subien ġewwa Marsaxlokk u għaliha kellhom in-nies u fiha dawk miġbura qalu t-talba tar-Rużarju.

Proset lix-Xlukkajri. Tajtu tweġiba f’waqtha li min hu suppost ragħaj u difensur tan-nagħaġ tiegħu.

U l-media tal-Arċisqof Scicluna l-anqas b’nemes ma tat coverage lil din il-velja ta’ talb għax din ma għandhiex valur daqs il-velja li saret illum quddiem il-qorti.

Ara lil din l-attivita’ ġewwa Marsaxlokk, anki jekk b’imħatra kien hemm aktar nies minn dik tal-Belt , il-media tal-Knisja ma tagħtiex coverage. Sew għamlet li tat coverage l-attivita’ tal-Belt. Il-mistoqsija hija għala din l-attivita’ ġewwa Marsaxlokk le?

2 thoughts on “In-nies ta’ Marsaxlokk ħarġu bi ħġarhom jitolbu bir-rużarju għall-kappillan tagħhom li qrati bi ħdura tefgħuh il-ħabs

  1. Prosit lix-Xlukkajjri kollha.Veru il-KPpillan Fr Luke huwa mahbub hafns mhux M’Xlokk biss IMMA KULLIMKIEN.

Leave a Reply

Your email address will not be published.