Il-Malta Professional Football Clubs Association tgiddeb lil Manuel Delia

Jekk kien hemm bżonn ta’ konferma li Manuel Delia hu gideb, din tagħtilu l-Malta Professional Football Clubs Association – MPFCA. Hawn qed inġib l-istqarrija tagħha kollha tagħha. Araw x’qalet:

In view of a number of speculative media reports, the Malta Premier League would like to clarify that is in the process of putting together expert negotiating teams in order to start engaging with the MFA on the organisation of the new Premier League. Premier League clubs have been asked to put forward their proposals for qualified individuals who can provide their services. Clubs are in the process of submitting names and the selection will take place accordingly”.

B’hekk b’din l-istqarrija, il-Malta Professional Football Clubs Association – MPFCA jew kif inhi magħrufa llum il-Malta Premier League qed tgħid li l-Clubs qed jiġbru l-ismijiet ta’ min jista’ jkun fuq il-mejda tan-negozjati. Jiġifieri bil-pulit ħarġet tgiddeb lil Manuel Delia.

Infakkar li Manuel Delia qal li Dr Adrian Delia kien nominat minn Joseph Muscat biex ikun l-avukat ta’ din l-assoċjazzjoni. L-assoċjazzjoni qed tgħid li talbet lill-klabbs biex iressqu ismijiet imma għadu ma ġie deċiż xejn. Mela jekk kien hemm xi club jew xi ħadd li nnomina lil Dr. Adrian Delia ma jfissirx li dan intgħażel jew agħar li Adrian Delia talab li jkun innominat.

Dr Delia stess kompla jiddikjara li hu ma kienx jaf li ismu kien imniżżel min-naħa tal-clubs. Qal ukoll li hu ma kienx avviċinat biex jagħti dan is-servizz. Xi club tefa’ ismu mingħajr ma avviċinah. Mela mhux veru kif qal Manuel Delia li ġie nominat minn Joseph Muscat.

Mela żgur li ma kien hemm ebda nomina minn Joseph Muscat la dawn l-ismijiet qed jiġu mniżżla mill-clubs tal-Premier.

Mela issa anki Dr Delia qed jikkonferma li mhux qed jaġixxi ta’ konsulent mal-Malta Premier League u kompla jemfasizza li mhux ser jaċċetta ebda nomina ta’ din il-kwalita’.

Imma Manuel Delia għandu l-aġenda tiegħu. Il-mod kif kiteb Manuel Delia ta x’wieħed jifhem li Dr Delia kien aċċetta n-nomina tiegħu minn Joseph Muscat. Manuel Delia pprova jġib il-boċċa viċin il-likk imma l-gideb tiegħu swielu suf.

Meta Dr Adrian Delia rribatta l-kitba ta’ Manuel Delia, l-istess Manuel Delia reġa kiteb artiklu ieħor u qal li Dr Adrian Delia jagħti l-pariri mingħajr ma jieħu flus. Mhux bħalu li jara kif jista’ jerda xi sold. Mela għalhekk Manuel Delia ħadem biex itajru minn kap għax induna li miegħu ma jistax jaqla’ lira.

Imma fil-ħażen tiegħu, Manuel Delia, ma qalx li dawn il-pariri Dr Adrian Delia ma jagħtihomx lil Malta Premier League li għadha kif inħolqot.

B’mod sfaċċat Manuel Delia ma jgħidx li Dr Adrian Delia joffri l-għajnuna tiegħu lill-clubs individwali li mhux bil-fors ikunu qed jilagħbu fil-Premier League.

Manuel Delia reġa’ għal darba oħra wera l-aġenda moqżiza tiegħu.

Imma bħal drabi oħra, reġa’ ħareġ ta’ giddieb. Qal affarijiet mingħajr ma vverifikom jew ivvintahom.

Kif jgħidu qabeż il-linja imma t-tajjeb għaliex wera xi kwalita’ ta’ ġurnalist hu. U llum għandha Prim Ministru li jrid jagħti protezzjoni lil dan il-ġurnalist u ġurnalisti tat-tip tiegħu, jiġifieri ġurnalisti li jaqilgħu l-qlajjiet fuq in-nies.

Biss wara kollox il-kredibilita’ ta’ Manuel Delia reġgħet ħadet daqqa l-isfel. Issa jonqos biss lill-Prim Ministru li jfittex jgħaddi l-liġi li jrid jgħaddi tal-protezzjoni tal-ġurnalisti biex forsi jerġa’ jagħmlu onorabbli!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *