Adrian Delia jiddiskrivi lil Manuel Delia bħala “bejjiegħ il-gideb” wara li ħarref fuqu.

Kif ħabbar ilbieraħ, hemm istruzzjonijiet ċari li jiġu attakkati n-nies ta’ Adrian Delia. U l-attakk bdiehom Manuel Delia innifsu billi ħareġ storja kollha gideb fuq Dr. Adrian Delia. Skont Manuel Delia, Joseph Muscat qed jgħin lil Adrian Delia fuq il-football. Biex ikun eżatt skont Manuel Delia, Joseph Muscat għażel lil Adrian Delia biex ikun l-avukat tal-assoċjazzjoni – xi ħaġa li Adrian Delia qiegħed jiċħad. Fil-fatt, Adrian Delia mhux l-avukat tagħhom u Adrian Delia mhux involut f’din l-assoċjazzjoni.

Dan wassal biex Adrian Delia jikteb messaġġ iebes kontra Manuel Delia fejn qallu biex jivverifika l-fatti tiegħu qabel ma jikteb, xi ħaġa li Manuel Delia qatt ma jagħmel. Imma l-aqwa li jħammeġ lin-nies.

Is-site ta’ Manuel Delia jisimha Leħen is-Sewwa jew Truth be told. Hija l-Pravda ta’ Malta. Adrian Delia qallu ċar lil Manuel Delia qallu li l-verita’ tiegħu qegħdha fil-warrani.

Bir-raġun, Adrian Delia saħaq li ġurnalista tal-affari tiegħu għandu jiċċekkja dwar dak li jikteb. Imma bħan-nies kollha ta’ Repubblika, l-aqwa li jħammeġ lin-nies.

Għalhekk Adrian Delia ddeskriva lil Manuel Delia bħala bejjiegħ il-gideb u Adrian Delia għandu raġun biex ibiegħ!

Dan hu l-messaġġ ta’ Adrian Delia

Truth be told my arse.

Any decent journalist would have bothered verifying his story!

I guess Not if your only agenda is set a priori.

Pedlar of lies Manuel Delia.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *