Where your opinion counts

Mhux ser ikun hemm festi tal-Independenza għax qed jibżgħu li ma hu sejjer ħadd

Ix-xahar ta’ Settembru għall-Partit Nazzjonalista huwa assoċjat mal-festi tal-Independenza. Imma dawn illum spiċċaw nostalġija tal-imgħoddi. Normalment, il-Partit Nazzjonalista kien jorganizza dawn il-festi fuq il-Fosos. Kienu jkunu festi kbar. Niftakar it-tmenijiet, meta dawn il-festi kienu jiġu organizzati kontra kull sfida politika. Dom Mintoff kien neħħa l-Independenza minn festa pubblika. L-istat ma kienx jiċċelebraha u l-Partit Nazzjonalista kien żammha ħajja. Dawn il-festi kienu jsiru kontra kull kurrent. Fl-agħar żminijiet tat-tmexxija ta’ Mintoff, dawn il-festi kienu sinonimi mal-vjolenza politika fuq in-Nazzjonalisti. Darba minnhom waqt dawn il-festi, Guido de Marco kien spiċċa ferut.  Kien qala daqqa ta’ lembuba mingħand pulizija u spiċċa b’faxxa ma’ rasu.  Kienu anki jitgaraw patata bi xfafar tal-leħja ġo fihom.

Illum, dawn il-festi ma għandhom l-ebda sfida minn barra. Illum l-għadu huwa minn ġewwa. Tant kemm hemm apatija fil-Partit Nazzjonalista li qed jaħsbu biex l-anqas jagħmlu dawn il-festi fuq il-Fosos.

Minflok qed jaħsbu li jorganizzaw xi ħaġa żgħira quddiem il-monument tal-Independenza jew f’xi post ieħor.  Bernard Grech irnexxilu joqtol kollox.  Għaliex wara li tneħħew ir-restrizzjonijiet imposti minħabba l-Covid, il-festi reliġjużi faru.

Mhux l-istess ġara fil-Partit Nazzjonalista. Issa hemm apatija tant hija kbira, li hemm biża’ li mhux ser imorru nies għal dawn il-festi. B’hekk mass meeting mhux qed ikun ikkonsidrat – anki jekk dan il-gvern qed ikun akkużat li hu l-aktar gvern korrott fl-istorja ta’ Malta, xorta l-Partit Nazzjonalista mhux kapaċi jimmobilizza lin-nies.

Fi kliem ieħor, din il-klikka li tagħha, Bernard Grech hu l-mexxej, irnexxilha teqred il-festi tal-Independenza.

9 thoughts on “Mhux ser ikun hemm festi tal-Independenza għax qed jibżgħu li ma hu sejjer ħadd

    1. Ezatt, imma Simon Mercieca ghandu memorja selettiva u peress li kien zghir… tista timmagina minfejn gab l’informazzjoni!!

  1. Meta trid tigbor daqxejn simpatija trid tghid il-verita kollha Sur Mercieca. Billi tghid “Fl-agħar żminijiet tat-tmexxija ta’ Mintoff, dawn il-festi kienu sinonimi mal-vjolenza politika FUQ in-Nazzjonalisti.” Trid tghid ukoll li l-vjolenza instigata hija vjolenza wkoll. Ghal min ma kienx jghix dawk iz-zmenijiet irrid ikun jaf li l-ghar zminijiet ta Mintoff kienu ghal xi whud imma, ghal maggoranza tal-Maltin kienu zminijiet li fihom raw Malta tinbidel hafna ghal ahjar.
    Meta wara li l-PN ta dak iz-zmien ghamel l-istess facciolata meta konfoffaw kontra Borg Olivier minn go kantina , biex tajruh u tellaw li EFA, l-istess bhalma ghamlu l-PN tal-llum meta konfoffaw kontra Delia (l-istorja tirrepeti ruha) u tellaw lil Grech , li bdiet il-vjolenza politika. Meta EFA fl-ewwel mass meeting li ghamel wara lil qaliba lil Borg Olivier, kien instiga li l-PN ghandu bzonn nies ta intellett ghal politika u ghandu bzonn nies ta sahha fizika ghal protezzjoni. U hemm giet mahluqa l-armata tal gakketta blu.
    Minn hemm beda l-inkwiet meta EFA beda vilment jopponi u jinstiga il-vjolenza dik ta titfa il-gebla u tahbi jdejk . u tilghaba tal vittma ghax qlajt daqqa ta ponn.
    In-nies li ghixu dal iz-zmien Sur Mercieca, kulhadd jiftakar il-bombi wara l-bibien ta ufficjali tal – tad- dipartimenti tal-gvern, il-qtil brutali ta Karen Grech, il-qtil ta Raymond Caruana, kif gie mahrub mill habs is-suspettat tal qtil ta Raymond Caruana u l-harba tieghu min Malta u rritorn tieghu minn sqallija gol luggage booth tal-karozza. L-inkwiet f-tal barrani fejn kulhadd ra dak il-van abjad jissuplixxi l-armi f-tal barrani.(sa ritratt fil-gurnali gabu tieghu) u kulhadd jaf kif l-EFA mar ghal dak il-meeting liebes bullet proof vest. ballavostri jaqaw wehidhom ghidtu. Hemm hafna izjed xi tghid u x’gara anke fl-amministrazzjoni ta wara mmexxijja mil PN. Biex tiskongra trid tkun pur u nofs verita ghar minn gidba. imma sewwa jghidu ..Karma.

  2. L iktar gvern korrot kien min bena lil Mater dei b konkos dajjef u d dar centrali min flus il poplu !!!

  3. jiena niftakar li fil kaxin nazzjonalista tal Gzira kienhemm flixken mimlija bil petrol u b-caruta imdefsa fil-flixkun biex b-suffarina tisplodijha u nhallik tahseb x-taghmel meta tisplodi bil hgieg. Ukoll niftakar li fl-HQ tal-PN kienhemm kamra mimlija pistoli, azzarini u affarijiet ohra mohbija u tal-PN qalu li dawn dahhluhom tal PL u kahhlu l-hajt u fejn kien il gwardjan l-aktar afdat tal PN meta sar dan U fil kazin tal-PN tal Gzira kienhemm ukoll patata mimlijha bi xfafar u mela tiktbu u tigbdu fuq il PL kull nifs li tiehdu biex ixxerdu il gideb u ixewxu biex tifirdu lill poplu ja qatta xjaten mishuta min Alla

  4. Insejthom l-armi sofistikati li sabu mohbija id Dar Centrali tal PN u in nies iqasmu ir Revolvers tal Barrani min truckijiet tal PN,il kalonni tal gebel mitfuha fuq il Laburisti?

Leave a Reply to Joseph Zarb Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *