Il-Lejber irid jibża’ għan-nies validi tiegħu

Minn qarrej ta’ dan il-blogg.

Issa jidher ovvju li l-PL qed jaħdem u jipprofetta ruħu mill-ġlied u l-emoroġija interna ta’ nies li kienu mal-PN u telqu. Il-PL, bħala gvern, qed jagħti ħatriet lill-persuni li kisruha minn mal-PN f’dawn aħħar snin. Ngħid li dan hu bil-ħsieb biex itellef mill-possibilita’ li l-PN ifieq. Anzi qed jaħdem biex il-PN jikkrolla kompletament.

Min-naħa l-oħra, wieħed irid jgħid li din is-sitwazzjoni tista’ twassal biex forsi jonqos it-tribaliżmu maħluq miż-żewġ partiti. Fi kliem ieħor, nibdew bil-mod il-mod immorru lejn meritokrazija għaliex jien konvint li nies bħal Frank Psaila u Kristy Debono għandhom x’joffru.

Li jrid joqgħod attent il-Lejber hu, li hemm nies fi ħdanu wkoll li għandhom x’joffru. Hawn ser insemmi lil Anna Mallia. Imma għal xi raġuni jew oħra, twarrbu. Il-ħażin ma jinsabx fil-fatt li qed jingħataw xogħol persuni bħal Frank Psaila u Kristy Debono. Il-ħażin jinsab fil-fatt li persuni validi bħal Anna Mallia tħallew fid-dlam.

Dan iwassal għall-weġgħat.

Sliem

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *