John Bundy jgħid lil Fr. Luke biex jibqa’ jżomm sod

Qed tkompli tikber is-solidarjeta’ lejn Fr. Luke Seguna. Personaġġ ieħor li ma ddejjaqx juri s-solidarjeta’ tiegħu hu John Bundy. Bundy kiteb lil Fr.Luke biex ikompli jżomm mal-karattru sod u ta’ prinċipju tiegħu. Prosit John. Int urejt li m’intix parti minn dik il-klikka li tuża u tarmi lin-nies.Disgrazzjatament illum din il-klikka tinsab kullimkien fit-tmexxija ta’ pajjiżna. Dan hu l-messaġġ ta’ John Bundy:

Luke, bħalissa xejn u ħadd ma’ jista jikkalma din il-mewġa feroċi li qed tħabbat bil qawwa miegħek.

Ftakar biss li dawk il-mijiet li għamilt tant ġid magħhom kif ukoll dawk li jafu eżatt int min int għalissa qed jiktbu biss biex juruk l-appoġġ, imma l-quddiem se ssibhom miegħek.

Dawk li ħadulek ritratt u filmat fuq stretcher u perċuħ fil paġni tagħhom kien importanti għalihom biex ħassewhom paguni qalb it-tiġieġ.

Dawn jemmnu li huma s-salvazzjoni tad-demokrazija.

JAQQ.

Żomm sod, naf x’qed ngħidlek.

One thought on “John Bundy jgħid lil Fr. Luke biex jibqa’ jżomm sod

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *