Id-Dumnikani jafu jkunu inklussivi aktar mill-liberali nfushom

F’dawn l-aħħar jiem, il-media tal-Liberali, b’mod partikolari dik bl-Ingliż, kellha kampanja sħiħa kontra d-Dumnikani Maltin fejn ġew mgħajjra li mhux inklussivi. Hawn qed inġib post li deher fuq Facebook fejn il-kunvent tad-Dumnikani tal-Birgu laqa’ għandu koppja mill-Ukraina. Din intlaqgħet ħafna qabel ma’ faqqgħet l-istorja dwar Mario Mallia. Dak li rrid inżid, li l-Pirjol ta’ dan il-Kunvent ġewwa l-Birgu, huwa Aaron Zahra, jiġifieri l-istess persuna li hu r-Rettur tal-Iskola ta’ St Albert u li kien fil-mira tal-media tal-liberali biex tfarrku u tkissru. Infakkar li dan il-gvern irid jagħti aktar protezzjoni lil dawn il-ġurnalisti li qed imexxu aġendi biex ikissru lin-nies, meta dawn in-nies ma jaqblux mal-aġenda tagħhom.

Leave a Reply

Your email address will not be published.