Eks-deputat Laburista juri d-disapprovazzjoni tiegħu għall-ħatriet ta’ eks-attivisti Nazzjonalisti fuq bordijiet tal-gvern

Il-ħatriet ta’ persuni li fil-passat kienu involuti fil-Partit Nazzjonalista fuq bordijiet tal-Gvern qed jurtaw numru ta’ Laburisti. Jidher ċar li dawn qed ikunu urtati mhux minħabba l-ħatriet per se, imma minħabba l-fatt li huma ġew imwarrba mill-Partit Laburista.

Hawn qed inġib x’kiteb l-eks-deputat Laburista Luciano Busuttil. George Tabone tella’ messaġġ jiddefendi l-għażla ta’ Frank Psaila fuq bordijiet tal-Gvern. Jien nifhem l-argument ta’ Tabone. Hemm nies validi fuq iż-żewġ naħat. Għaliex persuni validi li ma għadhomx attivi fil-politika għandu jkunu mwarrba għaliex il-partit tagħhom mhux fil-gvern? Biss għażliet bħal dawn jikxfu wkoll weġġgħat li jkun hemm fil-partiti, f’dan il-każ fil-Partit Laburista, li dan is-sit ilu jitkellem dwarhom.

Infakkar, li Daphne Caruana Galizia kienet imqabbda waħda sew ma’ Luciano Busuttil u kienet tħobb taqbad miegħu u finalment irnexxielha tkissru.

Leave a Reply

Your email address will not be published.