Is-solidarjeta’ tiegħi ma’ Fr. Luke Seguna

Il-każ ta’ Fr. Luke ma nafux biss minn dak li ġie ppubblikat fil-media, jidher, jew kif jgħidu l-avukati prima facie li hu każ ta’ familji li spiċċaw ma wirtux lil xi ħadd għaliex it-testatur ħalla bħala werriet tiegħu lil Fr. Luke. Good luck to Fr. Luke.

Skużawni, imma din ma tammontax għall-money laudering. Il-liġi tal-money laundery ma nkitbitx għal dan l-iskop.

Dak li jien konvint minnu, li mhux sew li l-maġistrati ser jibqgħu għaddejjin b’din l-attitudni li ma jagħtux il-bail u jżommu n-nies arrestati l-ħabs bl-iskuża li persuna tista’ tinfluwenza lix-xhieda jew għax joħroġu barra ta’ Repubblika jipprotestaw. Hemm persuni u persuni. Il-qorti trid tieqaf tumilja lin-nies.

Biex illum rajna xena tal-mistħija fejn bniedem ħareġ mill-qorti fuq stretcher. Dawn xeni deprolevoli.

5 thoughts on “Is-solidarjeta’ tiegħi ma’ Fr. Luke Seguna

  1. Nafda f’Fr Luke u hlief gid ma rajtx li ghamel kemm ilu fil-parrocca taghna. Naf kemm hawn min ihobbu, naf ukoll li hawn dawk il-ftit persuni li ma kellhomx grazzji mieghu u gieli smajt kliem kontrih anke fuq iz-zuntier tal-knisja. Issa qed nifhem li hawn min aktar min hekk iridlu l-hsara. Fr Luke hu twajjeb u qassis tajjeb, naf zgur.

  2. Fr Luke dejjem ghamel gid lill parrocca u n nies ta Marsaxlokk. Aktar nahseb li hemm xi nies li jridu jixhtu dell ikrah fuqu. Fl-opinjoni tieghi ma haqqux jigi trattat bhall-kriminal qabel ma tohrog il-verita.

  3. Il-Qassis tellajnieh il-Qorti u ghamilna show b’Qassis marid bil-cancer u min seraq il-miljuni minn power station u l-Vitalis qatt ma tressaq quddiem il-gustizzja. Pulizija korrotta u mahmuga!!! Tal-misthija!!!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *