Id-direttur tal-ħabs imur jippreżenta ktieb lill-President u ma jieħux l-awtur tiegħu miegħu
Ronald Bugeja kiteb ktieb dwar l-istorja tal-forka li hemm fil-ħabs ta’ Kordin. Dan il-ktieb kien ġie kkummissjonat mid-direttur ta’ qabel, Alex Dalli. Infatti dan il-ktieb kien ilu lest minn Novembru li għadda. Ilbieraħ saret il-preżentazzjoni tiegħu lill-President ta’ Malta, George Vella. Għal din il-preżentazzjoni mar id-direttur tal-ħabs kif ukoll il-Kummissarju. Imbagħad lill-awtur ta’ dan il-ktieb, Ronald Bugeja, ma ħadux magħhom.

Fuq kollox, id-daħla tal-ktieb hija miktuba mid-Direttur tal-Ħabs ta’ qabel, Alex Dalli, li l-anqas kien hemm għall-preżentazzjoni tiegħu. Ma għandix dubju li ma kienx mistieden. Dan jikkonferma li dan hu xogħol li sar fi żmien Dalli.

Imma jekk din il-preżentazzjoni wriet xi ħaġa, din ikkonfermat dak li ilu jgħid dan is-sit, jiġifieri illum ma hemmx differenza jew separazzjoni tal-poter bejn il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Priġunieri u c-CEO għaliex dawn marru flimkien għand il-president. B’hekk jidher ċar dak li qed jgħid dan is-sit li d-deċiżjonijiet qed jieħodhom il-kummissarju u mhux c-CEO anki jekk suppost, li l-kummissarju huwa indipendenti mill-agenzija u b’hekk is-separazzjoni tal-poter, kif kien jipprietka Montesquieu trid tidher li qed isseħħ.
Minn barra l-Kummissarju u c-CEO Brincau, fir-ritratt mal-President tar-Repubblika, jidher ukoll Dareen Micallef li hu eks-ufficjal fl-armata ta Malta. Dan bħalissa għandu l-kariga ta’ konsulent fl-Agenza għas-Servizzi Korrettivi. Fil-ħabs, kulħadd jaf li ser toħrog sejħa għall-kap tal-operata u l-għajta hija li dan ser ikun il-persuna li ser tiġi magħżula għal dan ix-xogħol.
Wieħed hawn jistaqsi kif qed jitħallas Dareen Micallef? Dan ġie mpjegat bħala person of trust jew il-kumpanija li bħalissa qed jaħdem magħha ngħatat direct order u qabdet lilu għamel dan ix-xogħol ta’ konsulenza fil-ħabs?
Ma ktibtx lill-Ministru tal-Intern biex nistaqsih dawn il-mistoqijiet għaliex bħalissa qed igawdi il-honeymoon u jieħu r-ritratti mal-iljunfanti u ma xtaqtx niddisturbah.
