Eks-Trade unionista jagħmel argument validu dwar fuq il-kawża li fetħet l-MUT kontra Fr. Aaron Zahra

Qed inġib dak li kiteb l-eks-Trade unionista, Gejtu Mercieca. Mingħajr ma nidħol fil-mertu tal-każ ta’ Mario Mallia, dak li qed jgħid Ġejtu Mercieca jagħmel sens. Mercieca kien attiv fil-GWU. B’hekk dak li qed jikteb huwa frott l-esperjenza personali tiegħu. Hu kiteb dan il-kumment taħt artiklu li deher fuq One News.

“Mill-esperjenza u milli qrajt fuq il-media, jekk [Mario Mallia] kien imwissi kemm ‘il darba bil-miktub u ma obdiex ordnijiet tas-superjuri, iċ-ċans li jirbaħ ix-xogħol lura hu minimum. Tribunal Industrijali qatt ma ta lura l-impjieg, anke fejn ħaddiem rebaħ, jekk it-trust bejn min iħaddem u l-ħaddiem tintilef, aktar u aktar meta l-pożizzjoni tkun ta’ tmexxija. Il-kitba fuq FB mhux tgħin il-każ ta’ dan is-surmast u l-union tiegħu messa gwidatu aħjar. Lanqas Qorti mhu sa turih xi simpatija jekk il-media qed tgħid il-verita’ fuq dan il-każ għaliex kull ħaddiem irid jimxi u jobdi l-policies tal-kumpanija li tħaddmu. L-union tiegħu messa daħlet qabel mhux wara li saret il-froġa.

One thought on “Eks-Trade unionista jagħmel argument validu dwar fuq il-kawża li fetħet l-MUT kontra Fr. Aaron Zahra

  1. U sa fejn niftakar jien meta kont shop steward l union tiddefendi lil membru mhux tkun hi li taghmel il kawza….
    U la kellu warnings cari u ma iddefendewx kontra l warnings meta inghataw ma nistax nifhem kif jista jirbah xi kumpens jekk ghad ghandna gustizzja.
    U l principju car f dan il kaz hu li l kullegg hu tad Dumnikani..perezempju kwalunkwe dejn f isem il kullegg irid jithallas mid Dumnikani .

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *