Jekk dawn huma it-tip ta’ għalliema li ltaqa’ magħhom Scicluna, allura hemm problema kbira

Qed inġib kumment ta’ għalliema ta’ St Albert College li tefgħet fuq Facebook. Jekk dawn huma t-tip ta’ għalliema li hemm St Albert, allura hemm problemi kbar. Nispera li dan huwa każ iżolat. Wieħed jista’ ma jaqbilx ma’ ta’ fuqu jew is-superjur tiegħu, imma żgur li dan mhux mod kif wieħed ikellem lis-superjuri tiegħu. Jekk din hija t-tip ta’ mentalita’ li nbniet ġewwa St Albert College, allura hemm problem kbar.

Żgur li mhix accettabbli li għalliema tgħajjar superjur tagħha bżieq jew jgħidlu li ma tibżax minnu għax għandha l-bajd. Imbagħad niskantaw kif l-iskejjel sejrin lura. Imma l-aqwa l-inklussivita’.

Dawn it-tip ta’ edukaturi mhux posthom fi stabbiliment edukattiv.

Jekk dawn huma t-tip ta’ l-għalliema li ltaqa’ magħhom Scicluna, allura l-problema hija ferm ikbar. Hija tal-mistħija li dan l-arċisqof qed jagħti n-nar li dawn it-tip ta’ nies għad-detriment tad-Dumnikani, Missu jistħi!

One thought on “Jekk dawn huma it-tip ta’ għalliema li ltaqa’ magħhom Scicluna, allura hemm problema kbira

  1. Prosit u grazzi Prof. Mercieca ghall-kummenti f’waqthom. Dan is-sens ta’ dekor u rispett lejn l-awtorita’ legittima minn edukatur?? Nixtieq ukoll nkun naf kif skola suppost kattolika halliet “drag queen” jghallem suggett, meta s-salvagwardja tal-innocenza tal-istudenti hija wahda mill-ghanijiet principali ta’ l-edukazzjoni kattolika. Biex ma nsemmux l-imsejha “inklussivita”, li b’mod konvenjenti eskludiet id-direttorat tal-istess skola. Wasalna fi stat redikolu li Surmast go skola suppost kattolika jkun militanti f’partit politiku li jahdem apertament favur l-abort. Jekk l-ET Mons. Arcisqof mhux kapaci jifhem dawn il-kuntradizzjonijiet, forsi ta’ min jikkunsidra jibda l-kors tas-sacerdozju fis-seminarju mill-gdid.

Leave a Reply

Your email address will not be published.