Frustrazzjoni ġewwa l-armata wara li għal darba oħra reġa’ ma sarx ħaqq ma dawk li soffrew inġustizzji.

Minn suldat imweġġa’.

F’dawn l-aħħar jiem ħarġu l-promozzjonijiet fl-armata għal din is-sena 2022, imma l-inġustizzji li ilhom mil-2019 fuq l-ixkaffa baqgħu ma ġewx indirizzati.  B’hekk kien hemm numru ta’ suldati li ma setgħux jieħdu promozzjoni minħabba li dawn l-inġustizzji ma’ ġewx imsewwija. F’dan il-każ, dan is-sit kien ġa xandar artiklu u spjega kif numru ta’ suldati ma jistgħux jieħdu l-promozzjoniijiet minħabba li għandhom ma ġewx indirizzati l-inġustizzji li kienu saru magħhom. Dan ifisser li dawn is-suldati qed ibatu inġustizzji doppji.

Ħafna minn dawn is-suldati li soffrew l-inġustizzji qegħdin isaqsu x’sar minnhom il-każijiet tagħhom? Huwa qed jingħataw tweġibiet differenti. Hemm min qed jgħidilhom li m’hemmx flus minħabba l-pandemija.  Fi kliem ieħor, qed jirrikonoxxu li saret inġustizzja magħhom imma qed jgħidulhom li ma hemmx flus għalihom.  

Imma hemm anki verżjonijiet oħra li ngħataw dawn is-suldati. Hemm min saħansitra qal biex jinsew kollox għaliex il-Prim Ministru ma jridx imexxi l-kawżijiet tagħhom għaliex l-bord li kien qed jara dawn l-inġustizzji kien inħatar minn ta’ qablu.

Issa min ħa l-promotion għax ġie magħżul biex imur jagħmel l-course qabeż lil min għadu jistenna li ssir ġustizzja miegħu u minħabba li ma saritx ġustizzja miegħu ma kellux ċans jew ma kienx jikkwalifika biex imur jagħmel dan l-course!

Fuq kollox dawn is-suldati li ma jistgħux jieħdu promotion għaliex għadha ma saritx ġustizzja magħhom qed jgħidulhom wkoll li min suppost ħadem biex issir ġustizzja magħhom, jiġifieri l-brigadier baqa’ ma mexxiex il-każijiet.  Illum dan il-brigadier spiċċa u sab job ieħor. Dak li jibqa’ bħala fatt li hemm numru ta’ nies li ma jafux x’ħa jiġri minnhom.  Issa s-suldati qed jgħidu li dan il-brigadier kien ħalef man-nies li kemm idum hu, ma joħroġx ir-rapport tal-inġustizzji. Jekk din hux minnha jew le ma nafx. Imma żgur li taħtu, dawn l-inġustizzji ma ġewx msewwija.

Kif tipprova tibgħat lill-ministru nkarigat jgħidulek għandu ħafna aktar affarijiet importanti u huwa busy! Tajjeb. Għax aħna żgħar, m’aħniex jew ma għandniex aktar importanti.

Leave a Reply

Your email address will not be published.