Skont Ivan Bartolo tas-6 pm, ma hemm l-ebda kwistjoni ma’ Robert Arrigo

Minn osservatur politiku

Waqt konferenza stampa mtella’ mill-Partit Nazzjonalista rigward is-sitwazzjoni tal-Air Malta, kemm Ivan J. Bartolo (tas-6pm) kif ukoll Ivan Castillo barra mistoqsijiet fuq l-istess Air Malta, ġew mistoqsijin biex jesprimu l-opinjoni tagħhom rigward dak li hu għaddej bejn Robert Arrigo u Bernard Grech. Mingħajr ebda tutibazzjoni Bartolo qal “ma hemm ebda kwistjoni”. Castillo qal li Bartolo “qaxxar ir-risposta”.

Tiskanta kif żewġ kollegi ta’ Robert Arrigo iqisu l-kliem li qal l-istess Arrigo bħala xi ħaġa li ma teżistix. Kemm hija komda s-sitwazzjoni, li għal mistoqsija iebsa, tirrispondi li ma hemm ebda kwistjoni u allura titfa’ dak kollu li hu għaddej taħt it-tapit.

Kemm hu sewwa li meta jkollok problema tiddikjara li dik il-problema ma teżistix. Hekk ried ifisser Bartolo meta qal li ma teżisti ebda problema u ma tfaċċa xejn ġdid minn dak li qal Robert Arrigo. Bartolo kompla jidfen il-problema meta qal li hu ma għandu ebda kumment x’jagħmel għax reġa’ rrepeta li l-kwistjoni ma teżistix.

Li jkollok żewġ deputati li qed jirrispondu mistoqsijiet fuq xi ħaġa li qajmet sensazzjoni madwar Malta u Għawdex kollu u jirrispondu li ma teżistix, hija xi ħaġa li tiskantak u tħallik bla kliem. Mela kull dar tal-medja Maltija tat importanza kbira lil dak kollu li qal Robert Arrigo u dawn iż-żewġ deputati jgħidu li ma teżistix u waddab kollox taħt it-tapit.

Bartolo kompla billi qabbel din il-kwistjoni ma diffikultajiet li jistgħu jeżistu fil-familji. Huwa qal li f’kull familja jista’ jkollox dan it-tip ta’ inkwiet. Imma jkollok membri tal-familja li jweġġgħu u ma jitkellmux. Ikollok oħrajn li jesprimu d-dwejjaq tagħhom.

Imma kieku riedu jkunu serji fit-tweġibiet tagħhom kemm Bartolo kif ukoll Castillo, kienu jgħidu li dan il-membru tal-familja ġie trattat ħażin, u ħażin ħafna, u rridu nagħtu każ ta’ dak li qal u naraw kif ser intaffu ftit minn din il-ferita li tidher miftuħa waħda sew.

Meta mistoqsijin dwar jaqblux ma’ Bernard Grech jew ma’ Robert Arrigo dwar dak li qal Dr Grech meta qal li dak li qed jgħid Arrigo mhu veru xejn, it-tnejn ħaslu idejhom u ma rrispondewx għal mistoqsija. Wieħed irid jirrikonoxxi ukoll li Castillo beda jfaħħar lil Robert Arrigo għax-xogħol kbir li wettaq meta kien viċi-kap anki jekk ma qal xejn dwar il-problema li kemm ilu fit-tmexxija Dr Bernard Grech, Arrigo ġie mwarrab għal kollox u allura ma seta jagħti ebda servizz.

One thought on “Skont Ivan Bartolo tas-6 pm, ma hemm l-ebda kwistjoni ma’ Robert Arrigo

  1. Tkompliex idahhak Ivan tas-6pm. Dan iehor “on agaim u off again”. Daqqa jidhol fil-partit u daqqa jisparixxi. Vera Ivan tas-6pm li tkellimt ma xi nies il parlament u ghidtilhom li qed tahsibha tergax titlaq ghax ghalik il parlament hu hela ta’ hin?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *