L-appoġġ li ngħata Frederick Azzopardi juri li Robert Abela qed jerbaħ fil-ġlieda ma’ Joseph Muscat

The Times qaltilna li llum quddiem il-qorti ma tantx inġarbu nies biex jagħtu l-appoġġ tagħhom lil Federick Azzopardi. Fi kliem ieħor, ma tantx intlaqa’ l-appell ta’ Joseph Muscat u Manuel Cuschieri biex juru solidarjeta’ ma’ Azzopardi. Dan huwa minnu. Imma dak li jolqot huwa l-fatt li meta ta’ Repubblika jorganizzaw l-attivitajiet tagħhom u jkollhom ftit nies, The Times u l-media bl-Ingliż qatt ma tgħidilna li marrulhom ftit nies! Anzi jrewħu dawn il-protesti “out of proportion“.

L-argument kellu jkun jekk Joseph Muscat hux qed jibgħat messaġġ lil Robert Abela “to leave the kids alone” għaliex “we don’t need no education” minn għandu. F’kelma waħda, l-analiżi li trid issir hija jekk din l-għajta ta’ Joseph Muscat u sħabu lil Robert Abela hix waħda biex iħallihom kwiethom u ma jindaħalx. Fuq kollox, fis-sistema tagħna, il-pulizija taqa’ direttament taħt il-gvern u l-ebda membru tal-korp ma jista’ jaġixxi f’każijiet bħal dawn jekk ma jkunx hemm il-barka tal-gvern.

Filwaqt li Joseph Muscat qiegħed jiddefendi lil saħbu u alleati tiegħu, qiegħed jieħu l-okkazzjoni biex jiddefendi lilu innifisu. Issa skont Jason Azzopardi, Joseph Muscat qiegħed jagħmel hekk għaliex qed jibża li tista’ tasal tiegħu. Fi kliem ieħor, jista’ jasal il-waqt li anki hu jitressaq il-qorti. Barra kellna prim ministri li ttellgħu l-qorti. B’hekk qiegħed jieħu din l-okkazzjoni biex jiddefendi lil sħabu waqt li qiegħed fl-istess ħin qiegħd jibgħat messaġġ dwaru nnifsu. Naħseb li dan hu argument ftit far fetched.

Imma hemm fatt importanti f’din l-istorja kollha. Il-fatt li quddiem il-qorti ma nġabbrux daqshekk numru kbir ta’ nies ifisser li Robert Abela huwa aktar b’saħħtu f’din il-ġlieda.

3 thoughts on “L-appoġġ li ngħata Frederick Azzopardi juri li Robert Abela qed jerbaħ fil-ġlieda ma’ Joseph Muscat

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *